PREZENTATI L-WARRANTS LIL NUMRU TA’ PERITI U INGINIERA
PREZENTATI L-WARRANTS LIL NUMRU TA’ PERITI U INGINIERA
Il-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura Ninu Zammit dalghodu ppreseda c-cerimonja annwali tal-prezentazzjoni tal-Warrants lill-Periti u lill-Inginiera. F’din il-prezentazzjoni inghataw il-Warrant 23 Perit u 58 Inginier li 8 minnhom huma nisa.
Waqt li ndirizza lil dawn il-professjonisti, il-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura esprima s-sodisfazzjon tieghu li ghal sena ohra, pajjizna ser ikollu numru hekk kbir ta’ Periti u Inginiera li ser ikunu qedghin jipprattikaw dawn iz-zewg professjonijiet f’qasam tant partikolari u essenzjali. Il-Ministru Ninu Zammit tkellem ukoll dwar l-importanza tar-rwol tal-Kamra tal-Periti u tal-Bord ta’ l-Inginiera li jahdmu kontinwament biex jibqghu jaghtu d-direzzjoni u l-vizjoni lill-membri taghhom bi sfond tekniku.
B’referenza ghall-professjoni ta’ Perit, il-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura tenna li l-Periti jehtiegu li jkunu specjalizzati iktar. Hu qal li iktar kemm imur iz-zmien qeghda bil-mod il-mod tinqata` l-mentalita` li Perit irid ikun jifhem f’kull generu ta’ xoghol. Il-Ministru rrimarka li permezz ta’ Periti specjalizzati fuq certu linji partikolari, hemm iktar possibilita` li s-socjeta` tibbenefika kif wara kollox jibbenefika wkoll il-Perit. Hu fahhar ukoll l-inizjattiva tal-Kamra tal-Periti li prezentament qeghda tniedi korsijiet relatati ma’ Valuations, liema korsijiet huma mahsuba biex jghinu lill-Periti ghall-zvilupp kontinwu tal-professjoni taghhom.
Meta tkellem dwar il-professjoni ta’ l-Inginier, il-Ministru Ninu Zammit irrimarka li din il-professjoni hi meqjusa minn hafna bhala l-pilastri ta’ l-industrija Maltija. Il-Ministru wera` s-sodisfazzjon tieghu li minn fost 58 Inginier li hadu l-Warrant hemm 8 nisa, dan il-fattur ghandu jkun ta’ stimolu ghal iktar tfajliet biex jithajru jistudjaw ghal din il-professjoni. Il-Perit Ninu Zammit irrimarka wkoll li ghat-tieni sena konsekuttiva apparti l-Warrant ta’ l-Inginiera fl-elettriku u fil-mekkanika inghata Warrant lill-persuna li specjalizza fl-Inginerija ta’ l-IT (Informazzjoni Teknologika).
Fi tmiem l-indirizz tieghu l-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura semma d-diversi kriterji u standards internazzjonali li ser ikomplu jaghtu iktar direzzjoni lil dawn il-professjonisti hekk kif fi ftit jiem ohra pajjizna jsir membru fi hdan l-Unjoni Ewropea. B’referenza ghas-shubija fl-UE, il-Ministru tenna li issa kull professjonista Malti ghandu l-possibilita` li jmur jahdem f’pajjiz membru iehor ta’ l-UE. Dan jista` jsir peress li issa l-Warrant moghti f’dan il-qasam huwa wkoll rikonoxxut mill-pajjizi membri u ghaldaqstant shubija fl-Ewropa tfisser opportunitajiet anke ghal dawn il-professjonisti.
Filwaqt li ferah lill-Periti u lill-Inginiera godda, il-Ministru Zammit fakkar li issa wara li l-pajjiz investa fihom, huma ghandhom l-obbligu u d-dover li jimpenjaw ruhhom f’hidma aktar efficjenti bi standards oghla ghall-gid u l-izvilupp tal-pajjiz.
DOI – 28.04.2004
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en