IL-MINISTRU JOHN DALLI JIPPARTECIPA F’LAQGHA TA’ L-ECOFIN DWAR IT-TKATTIR TAX-XOGHOL FL-UNJONI EWROPEA
Il-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici, l-Onor. John Dalli ippartecipa fil-Kunsill ghall-Affarijiet Ekonomici u Finanzjarji (l-ECOFIN) fi hdan il-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea.
Id-diskussjoni waqt dawn il-laqghat kienet iffukata l-iktar fuq it-tkattir tax-xoghol fl-Unjoni Ewropea. ‘Ir-rapport Kok’ jishaq li sabiex jizdiedu l-impjiegi ghandu jizdied ukoll il-flessibbilta’ u l-addattabbilta’ tal-haddiema. Il-holqien ta’ intraprizi godda ghandhom ikunu promossi permezz ta’ tnaqqis fix-xkiel burokratiku u regolatorju ghat-twaqqif u l-immanigjar ta’ l-intraprizi.
Barra minn hekk ghandu jizdied l-investiment fir-ricerka u l-izvilupp u dan ghandu jkun inkoraggut permezz ta’ incentivi legali u fiskali. Ghandha tizdied ukoll il-partecipazzjoni u l-flessibilita` fis-swieq tax-xoghol. Ir-rapport jghid ukoll li l-beneficcji socjali m’ghandhomx jiskoraggixxu l-partecipazzjoni fis-suq tax-xoghol ; u li hemm bzonn ta’ iktar investiment ghar-rizorsi umani.
Il-Kumitat tal-politika ekonomika issuggerixxa li l-flessibbilta` fis-suq tax-xoghol u l-interazzjoni bejn il-beneficcji socjali u l-incentivi ghax-xoghol, ghandhom ikunu l-oghla prijoritajiet.
Il-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici qal li l-Gvern ser ikun qed jiddiskuti r-rizultati ta’ dan ir-rapport ma’ l-imsiehba socjali sabiex jiddetermina l-prijoritajiet ta’ Malta fil-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegha, li hu mistenni jiehu posizzjoni fuq dan ir-rapport.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en