Left arrow Go Back

LAQGĦAT TA’ INFORMAZZJONI GĦALL-IMPORTATURI

PR617
Date Icon 23/04/2004

LAQGĦAT TA’ INFORMAZZJONI GĦALL-IMPORTATURI

"Moviment ħieles ta’ prodotti ma jfissirx likull prodott jista’ jitpoġġa fis-suq. Xorta waħda ser isiru kontrolli li jaċċertaw li l-prodotti li jitpoġġew fis-suq huma ta’ kwalita’ u li jikkonformaw ma’ l-istandards u r-regolamenti skond il-liġijiet Maltin. Dan biex jitħarsu s-sigurta’ u s-saħħa tal-konsumaturi"
Dan kien il-messaġġ tas-Segretarju ParlamentariEdwin Vassallo fiz-żewġ laqgħat ta’ informazzjoni għall-importaturi li organizza biex dawn ikunu aktar infurmati dwar it-tibdil fil-proċeduri ta’ importazzjoni wara l-ewwel ta’ Mejju. Kien hemm attendenza tajba għal dawn il-laqgħat fejn attendiet kważi 400 persuna, u l-importaturi kellhom l-opportunita` li jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom lil dawk il-persuni li setgħu jirrisponduhom. Fil-fatt, preżenti wkoll għal dawn il-laqgħat kien hemm rappreżentanti mid-Dwana, mill-Market Surveillance Directorate, mid-Dipartiment tal-VAT, min-Nature Protection Unit tal-MEPA, mid-Dipartiment tas-Saħħa, mill-Ufficju Nazzjonali ta’ l-iStatistika u mill-Commerce Division, fost l-oħrajn.
L-Onor. Edwin Vassallo esprima s-sodisfazzjon tiegħugħal dawn il-laqgħat u qal li għalkemm saru diġa’ sar ħafna xogħol u ġew organizzati laqgħat oħra minn numru ta’ dipartimenti, xorta waħda hemm bżonn li jsiru laqgħat bħal dawn biex b’hekk nassiguraw li ma jkunx hemm nuqqas ta’ informazzjoni.
Waqt il-laqgħa, l-Onor. Vassallo semma numru ta’punti li juru t-tibdil fil-proċeduri ta’ importazzjoni wara l-ewwel ta’ Mejju, iżda l-aktar punt importanti kien li l-fatt li ser ikun hemm movement ħieles ta’ prodotti ma jfissirx li issa jista’ jitħalla jinbiegħ kull prodott li jgħaddi mid-Dwana. “Mhux kull oġġett li jgħaddi mill-bieb, fejn id-Dwana hija l-bieb, jista’ jitpoġġa għall-bejgħ. Jistgħu jinbiegħu biss dawk il-prodotti li jitħallew jinbiegħu, u dan għaliex xorta waħda ser ikun hemm ċertu prodotti li ser ikollhom bżonn ta’ liċenżja ta’ l-importazzjoni,” qal is-Segretarju Parlamentari Vassallo.
"Dawk il-prodotti li jitħallew jidħlu mid-Dwana,xorta waħda jridu jkunu konformi ma’ l-istandards Maltin. Jekk le, dawn il-prodotti jitneħħew mis-suq. Jekk prodott ma jkunx ‘safe’ għall-konsumatur, allura ma jitħalliex jinbiegħ. Id-dħul ta’ prodotti fis-suq Malti mhux ser ikun biss skond id-Dwana, iżda wkoll skond miżuri ta’ sigurta`. Is-suq ser jiġi eżaminat mill-Market Surveillance Directorate, u jekk ċertu prodotti ma jkunux konformi, dawn ma jibqgħux jinbiegħu.
"Il-kontroll fuq il-prodotti mhux ser jibqa’jsir hekk kif il-prodott jasal Malta (at point of entry), iżda kif jinbiegħ (at point of sale). Id-Dwana ser tkun qiegħda tiċċekkja jekk dawk il-prodotti li ġew iddikjarati li daħlu fil-pajjiz huma fil-fatt dawk li qiegħdin fis-suq. Dan il-kontroll jista’ jsir ukoll mid-Dipartimenti tal-VAT u tas-Sanita`. Issa li hemm il-moviment ħieles ta’ prodotti, in-negozjant għandu responsabbilta` ferm akbar minn qabel, fejn hu jrid jiżgura li dak li għandu fil-maħzen tiegħu huwa dak li kien iddikjarat,” kompla jgħid is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.
L-Onor. Vassallo saħaq ukoll fuq il-fatt li liberta`mhix libertinaġġ. Huwa qal li “irid ikollna liberta`, iva, iżda l-konsumatur irid ikun protett. Dan il-ftuħ għal ċaqlieq ta’ prodotti għal pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea għandu jwassal għal aktar kummerċ, u dan għandu jgawdi minna l-konsumatur. Dan ser ifisser ukoll li l-kompetizzjoni bejn in-negozjanti ser tiħrax. Inqas burokrazija tfisser aktar kummerċ."
Dawn it-tibdiliet ser ikunu qed igawdu minnhom mhuxbiss in-negozjanti, iżda wkoll il-konsumaturi li issa ser ikollhom għażla aktar varjata fis-suq. Il-kompetizzjoni ser tiżdied u b’hekk għandhom jorħsu wkoll il-prezzijiet. Dan għandu jwassal ukoll biex Malta ssir pajjiz aktar kompetittiv, issa li qiegħda topera f’Suq Intern li m’għadux jikkonsisti biss f’Malta u Għawdex, iżda sar jifforma parti minn Suq aktar vast li huwa dak ta’ l-Unjoni Ewropea.


DOI – 23.04.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow