IL-MINISTRU GĦALL- KOMPETITTIVITA’ U KOMUNIKAZZJONI CENSU GALEA JISĦAQ FUQ IL-BŻONN TA’ AKTAR GĦARFIEN FOST IL-PUBBLIKU DWAR PROPJETA’ INTELLETWALI
PR616
23/04/2004
| IL-MINISTRU GĦALL- KOMPETITTIVITA’ U | KOMUNIKAZZJONI CENSU GALEA JISĦAQ FUQ IL-BŻONN TA’ AKTAR GĦARFIEN FOST IL-PUBBLIKU DWAR PROPJETA’ INTELLETWALI |
| Waqt li kien qed jindirizza konferenza ta l-aħbarijiet | dwar il ‘World IntellectualProperty Day’ li tiġi imfakkra kull sena fis-26 t’April fil-pajjiżi membri ta’ l- World IntellectualProperty Organisation (WIPO) il-Minsitru għall-Kompettitivita’ u Komunikazzjoni Censu Galea ppreżenta CDs dwar il-propjeta’ intelletwali lill numru ta għaqdiet li jirrapreżentaw ażjendi ta’ daqs zgħir u medju (SME’s) biex dawn jgħadduhom lill-membri tagħhom. |
| Is-CD’s informattivi intitolati ‘Intellectual | Property for Small and Medium Sized Enterprises’ ġew ippreżentati mill-Ministru lill-Federazzjoni ta’ l-Industija, Kamra tal-Kummerċ, Gozo Business Chamber u lill-General Retail and Traders Union u dawn is-Cd’s ġew mgħoddijja lid- Divisjoni tal-Kummerċ mill-WIPO. |
| "Qatt staqsejt x’inhi l-propjeta’ | intelletwali u kemm u jekk din tista’ tkun ta’ relevanza għat-twaqqif jew suċċess ta’ xi intrapriża żgħira?" staqsa l-Ministru għall Kompetittivita u Komunikazzjoni Censu Galea. ‘F’dan is-CD wieħed jista’ jikseb informazzjoni minn perspettiva ta’ intrapriżi żgħar jew ta’ daqs medju u x’ possibilitajiet wieħed jista’ jisfrutta biex itejjeb l-operazzjoni u l-kompetitivita’ ta’ n-negozju tiegħu. Din hija informazzjoni utli għal intrapriżi żgħar fuq is-suġġett ta’ propjeta’ intelletwali. Għalhekk nirringrazjakom talli ser tqassmuhom lill-membri ta’ l-għaqdiet tagħkom biex dawn jużawhom bl-aktar mod siewi fit-tmexxija tan-negozju tagħhom’. |
| "Kif diga’ ħabbart, in-numru ta’ Patents | f’Malta mistenni jikber b’mod fenomenali jigifieri minn 200 għal madwar 3,000 fil-ħames snin li ġejjin, għalhekk huwa importanti li jkun hawn informazzjoni adekwata u mifruxa fuq dan is-suġġett. Huwa importanti wkoll li min jinvesti biex ikun aktar kompetittiv u joħloq u jivvinta xi ħaga innovattiva jkun jista’ jgawdi l-frott ta l-isforz li jkun għamel" saħaq il-Ministru Galea. |
| Il-Ministru għall-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni | nhieda ukoll website li saret b’kooperazjoni bejn Malta u ħames pajjiżi oħra bit-titlu ‘Co-operation Platform for National Patent Offices andInnovation Supporting Organisations by Developing an IPR Guide forSMEs’, jew kif inhu aħjar magħruf bħala l-IPR Guide. Malta, permess tal-Ufficju għall-Proprjeta’ Industrijali fid-Diviżjoni tal-Kummerċ u l-Malta Council for Science and Technology (MCAST) ipparteċipat f’dan il-proġett iffinanzjat mill-UE taħt il-5thFramework Protocol. F’dan il-proġett ħadu sehem ukoll ħames pajjiżi oħra, li huma il-Ġermanja, l-Awstrija, l-Italja, l-Olanda u r-Repubblika Ceka. Ir-rappreżentanti ta’ dawn is-sitt pajjiżi ħadmu flimkien biex tinbena din il-website li tista sservi ta’ gwida għal min hu nteressat li jsir jaf informazzjoni ġenerali fuq l-propjeta’ ntelletwali iktar fid-dettal u x’joffri kull wieħed minn dawn il-pajjiżi f’dan il-qasam. Dan il-proġett twettaq fl-aħħar ta’ Marzu u kull minn hu nteressat kull m’għandu bżonn huwa li jidħol fuq is-sit ta’ l-internet www.iprguide.com. Se jkun hemm kooperazzjoni bejn dawn l-istess pajjiżi biex din il-website tibqa’ tiġi aġġornata biex wieħed dejjem jkun jista’ jikseb l-aħħar informazzjoni fuq il-propjeta’ intelletwali. |
| F’din l-okkazjoni ta’ min isemmi li Malta ilha | membru tal-‘World IntellectualProperty Organisation’minn 1977. Il-WIPO hija l-aġenzija fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti li tamministra d-drittijiet intelletwali fuq skala dinjija. |
| Il-Ministru Censu Galea tenna ukoll li l-ufficċju | għal-Propjeta’ Industrijali fid-Diviżjoni tal-Kummerċ dan l-aħħar snin għamel avvanzi fil-qasam tal-propjeta’ intelletwali. Fis-sena 2000 sar xogħol intensiv biex il-liġijiet li jittrattaw fuq il-propjeta intelletwali, cioe’ l-liġi tat-Trademarks, dik tal-Patents u kif ukoll dik tal-Copyright jiġu sostitwiti bl-liġijiet ġodda biex jaqblu ma’ l-Acquis Communautaire u skond l-obbligazzjonijiet tagħna taħt it-TRIPS (WTO)u taħt it-trattati tal-WIPO. |
| Il-Ministru Galea ħabbar ukoll li l-uffiċcju | għall-Propjeta’ Industrijali qiegħed bħalissa jaħdem fuq emendi fil-liġijiet tat-Trademarks, dik tal-Patents u d-Designs u kif ukoll dik tal-Copyright li daħħlu fis-seħħ fil-bidu ta’ din is sena. |
| Dan l-ufficċju ukoll ħadem biex ikun hemm iżjed | għarfien tal-propjeta’ intelletwali mhux biss biex l-industrijalisti u l-imprendituri Maltin jsiru jafu li jistgħu jipproteġu d-drittijiet intelletwali tagħhom imma ukoll biex jissaħħaħ il-bżonn ta’ rispett għad-drittijiet intelletwali ta’ ħadd ieħor. |
| Għal dawn il-għanijiet dan l-uffiċcju ħa ħsieb | jorganizza diversi attivitajiet li kienu jinkludu: |
- Seminar fuq il-Patent Co-operation Treaty li ġie organizzat flimkien mal-WIPO. Dan is-seminar kien immirat għal-industrija, intrapriżi żgħar, patent u trademark attorneys fost oħrajn;
- parteċipazzjoni f’laqgħa informativa fuq copyright li għaliha attendew awturi, kompożituri u atturi;
- lejla mużika-letterarja li kien fiha l-partecipazzjoni ta’artisti Maltin bis-skop li nħeġġu iktar l-għarfien għad-drittijiet ta’ copyright ta’ dawn l-artisti,
- U din il-ġimgħa stess ġie organiżżat seminar fuq l-European PatentConvention (EPC) li għal din l-okkażjoni kien hawn preżenti numru ta’ esperti u rappreżentanti mill-Euopean Patent Office(EPO). Dan is-seminar kellu riżultat tajjeb tant li attendew għalih ‘l fuq minn sebgħin persuna minn diversi organizzazzjonijiet u industriji lokali, l-universita’, u mill-professjoni legali. Dawn kellhom l-opportunita’ jisimgħu dawn l-esperti jitkellmu dwar il-funzjonijiet ta’ l-EPO, u t-tmexxija ta’ Patent taħt l-EPC – konvenzjoni li Malta f’qasir żmien ħa tissieħeb fiha wkoll.
DOI – 23.04.2003
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en