Left arrow Go Back

Jum Dinji Tal-Ktieb

PR613
Date Icon 23/04/2004

Jum Dinji Tal-Ktieb

Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Zghazagh u Impjiegi,l-Onor. Louis Galea llum ħa sehem f’diversi attivitajiet flimkien ma’ studenti fi skejjel u f’postijiet oħrajn fejn ġie imfakkar il-Jum Dinji tal-Ktieb. Kumpaniji privati li jissuplixxu kotba taw il-kontribut tagħhom bl-iskop li jitkattar il-qari fost it-tfal u fost il-pubbliku b’mod ġenerali.
Fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ uImpjiegi, tfal li kienu nvoluti f’kompetizzjoni tal-qari u l-kitba, ingħataw diversi premjijiet ta’ kotba. It-taqsima li tieħu ħsieb il-libreriji ta’ l-iskejjel tat bookmark lit-tfal kollha ta’ l-iskola f’Malta u Għawdex. Il-bookmark filwaqt li jfakkar il-Jum Dinji tal-Ktieb għandha messaġġi pożittivi favur il-qari.
Fiċ-Ċentru għall-Kreattivita’ fil-Kavallier ta’San Ġakbu, il-Ministru inawgura program ta’ attivitajiet organizzati minn Sapienza’s Bookshop. Il-programm kien jinvolvi fost affarijiet oħrajn, maratona tal-qari li fiha ipparteċipaw mat-300 tifel u tifla minn diversi skejjel madwar Malta, qari ta’ stejjer minn personalitajiet distinti, fosthom l-E.T. il-President ta’ Malta Dr. Edward Fenech-Adami, sessjonijiet fejn it-tfal iltaqgħu u ddiskutew ma’ awturi differenti, kitba ta’ poeżiji, u serata letterarja organizzata mill-Inizjamed. Sapienza’s Bookshop qed joffri ktieb b’xejn lit-300 tifel u tifla li ipparteċipaw fil-maratona.
Sadattant fl-iskola primarja Hookham Frere’ bdewjitqassmu vouchers lit-tfal tal-Year 4. F’din l-inizjattiva li qed issir flimkien ma’ l-Agenda Bookshop u l-Klabb Kotba Maltin, aktar minn 14,000 voucher ta’ lira se jingħataw lit-tfal tal-Year 4 u tal-Form 1 fl-iskejjel kollha ta’ l-iStat kif ukoll lil madwar 800 student li jattendu il-programm Ħilti Teżor tal-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi. Fil-jiem li ġejjin dawn il-vouchers se jitqassmu fl-iskejjel u kull student se jkollu żewġ vouchers ta’ lira, wieħed li jissarraf f’kotba bil-Malti u ieħor għall-kotba bl-Ingliż. Din l-iskema tinkludi wkoll skema għall-iskejjel fejn l-iskola li l-aktar tħajjar lill-istudenti jużaw l-vouchers tingħata mal-200 lira f’kotba. Qed issir ukoll kompetizzjoni tal-kitba u anke hawn ser jingħataw diversi premijiet.
F’kummenti li għamel il-Ministru Louis Galea, huqal li hu jappoġġja kull inizjattiva li tippromwovi l-qari u qal li jieħu gost jara inizjattivi bħal dawn li qed isiru fil-Jum Dinji tal-Ktieb isiru bl-għajnuna tal-kumpaniji privati involuti f’dan il-qasam. Louis Galea qal li kellu bżonn li kuljum ikun jum iddedikat għall-ktieb u għall-qari għax il-ktieb hu l-muftieħ għall-gherf u għall-iżvilupp tal-bniedem.

DOI – 23.04.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow