JINGĦATAW DETTALJI DWAR L-‘ENHANCED LIVESTOCK PREMIUM SCHEME
“L-Enhanced Livestock Premium Scheme hija konformi mal-Politika Agrikola Komuni ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-pagamenti taħt din l-iskema l-ġdida huma mogħtija bħala Slaughter Premium u Beef Special Premium. Is-sistema ġdida ta’ kif isiru l-pagamenti taħt is-Slaughter Premium għandu wkoll vantaġġi ambjentali, u jassigura aktar effiċjenza għaliex tnaqqset l-ispiża għall-produtturi, li jneħħu mill-merħliet tagħhom baqar li ma jipproduċux biżżejjed u jibdluhom ma’ bhejjem oħra. L-iskema l-ġdida għandha wkoll tgħin biex iċ-ċanga friska tinbiegħ bi prezzijiet kompetittivi.”
Dan qalu l-Ministru ghall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino, waqt konferenza ta’ l-ahbarijiet li fiha inghataw dettalji dwar it-tnehdija ta’ din l-iskema l-ġdida.
L-Enhanced Livestock Premium Scheme ħadet post id-Dairy Compensation Scheme mill-1 ta’ Jannar, 2004 u l-valur tal-ħlasijiet għal matul din is-sena mistenni jlaħħaq il-€1.1 miljuni. L-iskema magħrufa bħala Dairy Compensation Scheme kienet iddaħħlet bi prova għal sena f’Ottubru 2002.
Taħt id-Dairy Compensation Scheme, matul is-sena li għaddiet, tħallsu 5 ċenteżmi sussidju għal kull gallun ħalib li kien prodott. Dan jissarraf fi ħlas ta’ Lm120 għal kull għoġol u Lm80 għal kull baqra. Minn dawn, Lm40 kienu mħallsa mill-kumpannija Malta Beef Company Ltd., li twaqqfet mill-Koperattiva tal-Produtturi tal-Ħalib (KPĦ). Dawn il-flus marru direttament għand il-bdiewa u r-raħħala; u mhux għand il-biċċiera.
It-tneħħija ta’ 15-il ċenteżmu fuq l-export refunds fuq iċ-ċanga mpurtata mill-Unjoni Ewropea, sar biex ma jkunx hemm importazzjoni aktar min-normal. Il-Ministru Pullicino qal li ta’ min jinnota wkoll li filwaqt li l-export refunds tneħħew kompletament għal bosta pajjiżi li se jsiru membri ġodda, saret eċċezzjoni għal Malta u Ċipru, biex ma jkunx hemm diffikultajiet.
George Pullicino qal li fil-ġimgħat li ġejjin se tinfetaħ l-importazzjoni ta’ ċanga minn swieq mhux tradizzjonali bhal l-Argentina, u dan għandu wkoll iwassal għal aktar kompetizzjoni. L-industrija tal-ħalib f’Malta qed tingħata għajnuna taħt l-Ispecial Market Policy Programme for Maltese Agriculture(SMPPMA) ta’ €2 miljuni għal din is-sena, li jinkludu €1.1 miljuni bħala sussidju biex jagħmel tajjeb għat-tneħħija tal-levies; u €900,000 bħala għajnuna għar-ristrutturar.
Din is-sena se jingħataw ukoll €350,000 biex isir titjib fl-impjant tal-ħalib, wara li s-sena l-oħra ngħataw €250,000 għal dan l-istess għan. Din l-għajnuna għat-titjib fl-impjant tal-ħalib għandu jwassal biex l-impjant jilħaq livell għoli skond standards Ewropej. L-għajnuna taħt l-SMPPMA tibqa’ tingħata sas-sena 2010 u għandha l-għan li tgħin lill-produtturi Maltin biex itejjbu l-produzzjoni tagħhom u b’hekk tgħinhom ikunu kompettitivi ma’ produtturi oħrajn f’pajjiżi membri ta’ l-Unjoni Ewropea.
Kull ma jmur, il-konsumatur qiegħed dejjem aktar jitlob kwalita’ ta’ ħalib dejjem aħjar u għal dan il-għan il-kwalita’ tal-ħalib trid titjieb sa’ minn meta jkun prodott fl-irziezet u l-produtturi għandhom jikkonċentraw aktar biex itejbu l-kwalita’ tal-ħalib li jipproduċu skond livelli internazzjonali.
George Pullicino qal li biex dan ikun żgurat qed isir ħidma mill-qrib mal-KPĦ u twaqfu wkoll erba’ working groups bis-sehem ta’ uffiċjali tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, tal-KPĦ u stakeholders oħrajn (Malta Dairy Products u l-Malta Beef Company Ltd). Dawn il-working groupsqed jaħdmu dwar titjib fil-produzzjoni tal-ħalib, titjib fl-impjant ta’ l-ipproċessar tal-ħalib, is-suq tal-prodotti tal-ħalib u kumitat ieħor dwar iċ-ċanga.
Fil-ġimgħat li ġejjin ser issir kampanja mil-Ministeru għal promozjoni dwar il-ħalib frisk lokali, dwar l-aspetti positivi ta’ produzjoni lokali ta ħalib. “L-Enhanced Livestock Premium Scheme hija konformi mal-Politika Agrikola Komuni ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-pagamenti taħt din l-iskema l-ġdida huma mogħtija bħala Slaughter Premium u Beef Special Premium. Is-sistema ġdida ta’ kif isiru l-pagamenti taħt is-Slaughter Premium għandu wkoll vantaġġi ambjentali, u jassigura aktar effiċjenza għaliex tnaqqset l-ispiża għall-produtturi, li jneħħu mill-merħliet tagħhom baqar li ma jipproduċux biżżejjed u jibdluhom ma’ bhejjem oħra. L-iskema l-ġdida għandha wkoll tgħin biex iċ-ċanga friska tinbiegħ bi prezzijiet kompetittivi.”
Dan qalu l-Ministru ghall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino, waqt konferenza ta’ l-ahbarijiet li fiha inghataw dettalji dwar it-tnehdija ta’ din l-iskema l-ġdida.
L-Enhanced Livestock Premium Scheme ħadet post id-Dairy Compensation Scheme mill-1 ta’ Jannar, 2004 u l-valur tal-ħlasijiet għal matul din is-sena mistenni jlaħħaq il-€1.1 miljuni. L-iskema magħrufa bħala Dairy Compensation Scheme kienet iddaħħlet bi prova għal sena f’Ottubru 2002.
Taħt id-Dairy Compensation Scheme, matul is-sena li għaddiet, tħallsu 5 ċenteżmi sussidju għal kull gallun ħalib li kien prodott. Dan jissarraf fi ħlas ta’ Lm120 għal kull għoġol u Lm80 għal kull baqra. Minn dawn, Lm40 kienu mħallsa mill-kumpannija Malta Beef Company Ltd., li twaqqfet mill-Koperattiva tal-Produtturi tal-Ħalib (KPĦ). Dawn il-flus marru direttament għand il-bdiewa u r-raħħala; u mhux għand il-biċċiera.
It-tneħħija ta’ 15-il ċenteżmu fuq l-export refunds fuq iċ-ċanga mpurtata mill-Unjoni Ewropea, sar biex ma jkunx hemm importazzjoni aktar min-normal. Il-Ministru Pullicino qal li ta’ min jinnota wkoll li filwaqt li l-export refunds tneħħew kompletament għal bosta pajjiżi li se jsiru membri ġodda, saret eċċezzjoni għal Malta u Ċipru, biex ma jkunx hemm diffikultajiet.
George Pullicino qal li fil-ġimgħat li ġejjin se tinfetaħ l-importazzjoni ta’ ċanga minn swieq mhux tradizzjonali bhal l-Argentina, u dan għandu wkoll iwassal għal aktar kompetizzjoni. L-industrija tal-ħalib f’Malta qed tingħata għajnuna taħt l-Ispecial Market Policy Programme for Maltese Agriculture(SMPPMA) ta’ €2 miljuni għal din is-sena, li jinkludu €1.1 miljuni bħala sussidju biex jagħmel tajjeb għat-tneħħija tal-levies; u €900,000 bħala għajnuna għar-ristrutturar.
Din is-sena se jingħataw ukoll €350,000 biex isir titjib fl-impjant tal-ħalib, wara li s-sena l-oħra ngħataw €250,000 għal dan l-istess għan. Din l-għajnuna għat-titjib fl-impjant tal-ħalib għandu jwassal biex l-impjant jilħaq livell għoli skond standards Ewropej. L-għajnuna taħt l-SMPPMA tibqa’ tingħata sas-sena 2010 u għandha l-għan li tgħin lill-produtturi Maltin biex itejjbu l-produzzjoni tagħhom u b’hekk tgħinhom ikunu kompettitivi ma’ produtturi oħrajn f’pajjiżi membri ta’ l-Unjoni Ewropea.
Kull ma jmur, il-konsumatur qiegħed dejjem aktar jitlob kwalita’ ta’ ħalib dejjem aħjar u għal dan il-għan il-kwalita’ tal-ħalib trid titjieb sa’ minn meta jkun prodott fl-irziezet u l-produtturi għandhom jikkonċentraw aktar biex itejbu l-kwalita’ tal-ħalib li jipproduċu skond livelli internazzjonali.
George Pullicino qal li biex dan ikun żgurat qed isir ħidma mill-qrib mal-KPĦ u twaqfu wkoll erba’ working groups bis-sehem ta’ uffiċjali tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, tal-KPĦ u stakeholders oħrajn (Malta Dairy Products u l-Malta Beef Company Ltd). Dawn il-working groupsqed jaħdmu dwar titjib fil-produzzjoni tal-ħalib, titjib fl-impjant ta’ l-ipproċessar tal-ħalib, is-suq tal-prodotti tal-ħalib u kumitat ieħor dwar iċ-ċanga.
Fil-ġimgħat li ġejjin ser issir kampanja mil-Ministeru għal promozjoni dwar il-ħalib frisk lokali, dwar l-aspetti positivi ta’ produzjoni lokali ta ħalib.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en