Siltiet mid-diskors tal-Vici Prim Ministru u Ministru tal-Gustizzja u l-Intern, L-ONOR. Tonio Borg waqt l-inawgurazzjoni ta’ wirja dwar il-‘Master Plan’ ghall-Imdina – MDINA – 19 TA’ APRIL 2004
PR564
20/04/2004
| Siltiet | mid-diskors tal-Vici Prim Ministru u Ministru tal-Gustizzja u l-Intern, L-ONOR. Tonio Borg waqt l-inawgurazzjoni ta’ wirja dwar il-‘Master Plan’ ghall-Imdina – MDINA – 19 TA’ APRIL 2004 |
| Huwa ta' pjacir kbir ghalija li nara x-xoghol kbir ta' konservazzjoni | li qieghed isir regolarment fl-Imdina. Sfortunatament ghal bosta snin, hadna din il-belt storika wisq 'for granted' u tul dawn is-snin tista' tghid li ma sar l-ebda xoghol; bir-rizultat li kibru l-problemi specjalment fis-swar li jdawruha. Bit-twaqqif tal-Progett ghar-Rijabiltazzjoni ta' l-Imdina digà bdejna naraw progress b'hidma sostnuta. |
| Rajna ghadd ta' faccati ta' palazzi u djar importanti restawrati u | rajna l-forecourt tal-Palazz Vilhena jinghata dehra mill-isbah b'sistema ta' dawl li tikkumplimenta dan il-bini ta' valur arkitettoniku. Rajna r-restawr tat-Torri u l-Bieb tal-Griegi u rajna l-iskavi arkeologici li tawna tant informazzjoni gdida dwar l-istorja ta' din il-belt. Bhalissa qed isir 'monitoragg' tal-problemi strutturali tal-Palazz Vilhena nnifsu u ser jintalbu fondi mill-Unjoni Ewropea ghar-restawr tieghu. |
| Issa nafu li fil-granet li gejjin ser jibda l-progett ambizzjuz | tal-pavimentar ta' l-Imdina, progett li ser jaghti dehra gdida, ghalkemm fuq xehta antika, lil din il-belt taghna. Li huwa importanti issa, hu li dan nibzghu ghalih u li l-investiment ta' aktar minn miljun lira li qed isir ihalli rizultati mixtieqa. Ghal dan il-ghan hemm bzonn il-kooperazzjoni ta' kulhadd. Hemm bzonn li jonqos l-ammont ta' karrozzi li jidhlu fl-Imdina. F'din il-belt hekk zghira m'hemmx ghalfejn li kulhadd jipparkja wara l-bieb, ghalkemm ir-residenti ghandhom dejjem jinghataw preferenza fuq kulhadd. |
| Hemm bzonn li dawk li jaghtu servizzi lir-restoranti u hwienet juzaw | mezzi li ma jaghmlux hsara, kemm lill-paviment il-gdid u kemm lill-faccata ta' daqstant bini storiku. Biex dan isehh tehtieg il-kollaborazzjoni u koordinazzjoni ta' kulhadd. Kienet ghalhekk haga certament tajba li tfassal Master Plan ghall-din il-belt, pjan li jidhol fil-merti u jifli l-problemi kollha li qed tiffaccja l-belt u l-izvilupp li jehtieg isir fil-futur. Il-master plan kien maghmul minn team internazzjonali u bl-ghajnuna kbira ta' l-ufficcji tal-Progett ghar-Rijabilitazzjoni ta' l-Imdina. Fost hwejjeg ohra, il-master plan jitkellem dwar pjanijiet futuri ghal parkegg u trasport. U dan, flimkien mal-pavimentar, ghandu jwassal ghal sitwazzjoni ferm ahjar f'din il-belt siekta taghna. |
| Kulhadd irid japprezza li din hi belt ta' importanza storika u | arkitettonika kbira hafna u ghandna obbligu li nharsuha. Jien gejt mgharraf li ser isir minn kollox biex il-pjan ikun diskuss ma' kull min hu interessat. Fil-fatt ir-residenti u tal-hwienet digà gew mistiedna ghall-ewwel laqgha ta' diskussjoni li ser issir fil-futur qarib. Il-pjan finali ghandu jkun rizultat ta' diskussjoni miftuha u konsultazzjoni wiesa u huwa ghalhekk bil-qalb li qieghed ninawgura din il-wirja. M'ghandix dubju li l-ufficjali tal-Progett ghar-Rijabilitazzjoni ta' l-Imdina ser jaghtu widen ghall-proposti kollha li jsiru bil-miktub. |
| Jien infurmat wkoll li fil-granet li gejjien se jibda jiltaqa' | kumitat sabiex jhejji n-nomina ta' l-Imdina ghall-Lista ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Issa li gie ppreparat il-master plan jista' jibda dan il-process importanti sabiex finalment l-Imdina taghna wara din it-trasformazzjoni ssib postha fost l-ibliet rikonoxxuti bhala ta' wirt dinji. |
DOI - 20.04.2004
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en