ĦLAS TA’ NOFS IL-KONTRIBUZZJONI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI LILL-BDIEWA, RAĦĦALA U SAJJIEDA
PR509
13/04/2004
| ĦLAS TA’ NOFS IL-KONTRIBUZZJONI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI | LILL-BDIEWA, RAĦĦALA U SAJJIEDA |
| Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, | qiegħed iħejji biex jirrifondi nofs il-kontribuzzjonijiet tas-Sigurta’ Soċjali mħallsa minn bdiewa, raħħala u sajjieda matul l-2003. |
| Persuni kkonċernati jridu japplikaw għal dan | il-ħlas li se jkopri Jannar sa Diċembru 2003. Għall-benefiċċju ta’ dawk li ma laħqux applikaw għas-sena 2002, il-Ministeru għall-Affarijiet Rural u l-Ambjent, se jilqa’ l-applikazzjonijiet relatati fl-istess żmien. |
| Għal dan il-għan, il-bdiewa, raħħala u sajjieda | li huma "Self-Employed, Full-Time" u membri sħaħ f’xi Ko-operattiva, huma mitluba biex minn nhar it-Tnejn 19 t’April 2004 sal-Ġimgħa 14 ta’ Mejju 2004, japplikaw f’xi wieħed mill-Uffiċċji ta’ l-Extension Service li hemm il-Mosta, ir-Rabat, is-Siġġiewi u Ħaż-Żabbar, Malta u fil-każ ta’ Għawdex, fl-Uffiċċju Ċentrali, Rabat, Għawdex waqt il-ħin tax-xogħol. |
| Dawk kollha li applikaw fis-snin ta’ qabel u li | huma ntitolati għall-ħlas għas-sena 2003, (u jekk ma’ bbenifikax għas-sena 2002) huma mitluba biex jerġgħu japplikaw. |
| Applikazzjonijiet ma jiġux aċċettati jekk | il-kontribuzzjonijiet ma jkunux imħallsa u jekk ma jkollhomx magħhom id-dokumenti meħtieġa. |
DOI 13.04.2004
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en