Left arrow Go Back

Il-Ministeru għat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment jwieġeb lill-GRTU

PR483
Date Icon 06/04/2004
Il-Ministerughat-Teknologija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment filwaqt illi jirreferi ghall-istqarrija maħruġa mill-GRTU, jesprimi s-sorpriża tiegħu għall-kummenti tal-istess GRTU, dwar iż-żidiet fil-prezzijiet tal-fuel, żidiet li jirriflettu ż-żieda fil-prezz internazzjonali tal-prodotti taż-żejt.
Kifkien intqal fid-diskors għall-estimi tas-sena 2002, mill-1 ta’ Jannar ta’ l-istess sena (2002), bdiet tithaddem ‘formula’ sabiex il-prezzijiet tal-prodotti taż-żejt f’Malta jirriflettu ċ-ċaqlieq fil-prezz taż-żejt fis-swieq internazzjonali. Barra minn hekk, kif taf sew il-GRTU, sa dak iż-żmien, id-diesel kien issussidjat b’mod qawwi ħafna mil-petrol, bil-konsegwenza illi kull min kien juża l-petrol, kien fil-fatt qed jissussidja lil kull min juża d-diesel. L-għan dikjarat tal-Gvern kien li dan is-sussidju jitneħħa fuq medda ta’ tliet snin (2002 sa 2004), u fl-aħħar ta’ dan il-perjodu, l-prezzijiet kollha jiġu jirriflettu r-realta’ tas-suq.
Dinil-formula, li bdiet tiġi applikata mill-2002, taħseb kemm biex l-Enemalta tkun tista' tkopri l-ispejjeż kollha biex iġġib il-prodott fis-suq, kifukoll l-aġġustament gradwali tas-sussidju. Il-Gvern kien ħass li ma kellux jkun hemm qabża fil-prezz tad-diesel f'daqqa u għalhekk, mal-‘formula’ ġie applikat fattur li jaġġusta l-prezz bejn il-petrol u d-diesel f'temp ta' madwar tliet snin; aġġustament li għandu jintemm fl-aħħar ta’ din is-sena (2004). L-għan kien li kullħadd jingħata ċ-ċans li jaddatta ruħu għal din il-bidla.
Il-Ministeruma jistax ma jkunx sorpriż ukoll illi waqt li dan kollu hu pubblikament magħruf, il-GRTU, għaqda li tippromwovi l-kummerċ ħieles u l-abbandun tas-sussidji, titlob li l-Gvern għandu jissussidja l-prezz taż-żejt meta dan jogħla fis-swieq internazzjonali, jew li l-konsumatur tal-petrol għandu jissussidja lill-konsumatur tad-diesel.
Il-GRTUtaf daqs il-Gvern illi l-aġġustamenti fil-prezz ta’ diesel, petrol u gas huwa ħaga regolari f’kull pajjiż li jsegwi politika ta’ suq ħieles. Mingħajr ma nċekknu r-realta’ li dawn l-aġġustmenti jġibu konsegwenzi ekonomiċi, il-Ministeru jsostni li hu żball ekonomiku fundamentali jekk iż-żidied fis-swieq internazzjonali jiġu njorati jew assorbiti mill-Gvern fil-forma ta’ sussidji, li ma jfissru xejn ħlief aktar taxxi għal kulħadd.
F’dawnl-aħħar snin, il-prezz internazzjonali taż-żejt wera` żieda filwaqt li naqas il-valur tad-dollaru fil-konfront tal-Lira Maltija. Dan għalhekk naqqas mill-impatt effettiv taż-żieda fil-prezz taż-żejt f’Malta.
Il-Ministerugħat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment jixtieq ukoll ifakkar iż-żidiet fil-prezzijiet internazzjonali tal-prodotti taż-żejt fl-aħħar snin. Il-prezz tal-petrol bla ċomb żdied minn U$199 kull tunnellata f’Ottubru 2001, għal U$329 kull tunnellata llum. Il-prezz tad-Diesel żdied minn U$215 kull tunnellata, f’Ottubru 2001, għal  U$281 kull tunnellata llum.

DOI  06.04.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow