SKEMA GDIDA TA’ TASSAZZJONI FUQ BEJGĦ TA’ FROTT U ĦAXIX MILL-PITKALIJA
PR482
06/04/2004
SKEMA GDIDA TA’ TASSAZZJONI FUQ BEJGĦ TA’ FROTT U ĦAXIX MILL-PITKALIJA
| Fl-aħħar żewġ budgets | il-Gvern kien għarraf lill-bdiewa li fis-sena 2004 kien se jintroduċi skema ta’ tassazzjoni fuq il-bejgħ tal-frott u l-ħaxix li tkun aktar konvenjenti u vantaġġjuza minn dik eżistenti. Din l-iskema tikkonsisti fit-tnaqqis ta’ taxxa ta’ 3% (tlieta fil-mija) fuq il-bejgħ tal-frott u ħaxix li jsir fil-Pitkalija. |
| Issa | li tlesta x-xogħol fuq is-sistema tal-kompjuter fil-Pitkalija, dan it-tnaqqis ta’ 3% se jibda jsir b’mod regolari minn nhar it-Tnejn, 12 ta’ April 2004. |
| It-tnaqqis | ta’ 3% fuq il-bejgħ ta’ frott u ħaxix li sar fil-Pitkalija bejn l-1 ta’ Jannar 2004 u l-11 ta’ April 2004 qiegħed jiġi kalkulat u l-mod kif se jitnaqqas jiġi mgħarraf aktar tard. |
DOI 06.04.2004
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en