In-negozji zgHar kapaCi JKUNU KOMPETITTIVI U jIRNEXXU fl-esportaZzjoni jekk ikunu INnovattivi u jingHaqdu f’assoCjazzJonijiet tal-Manifattura
PR479
06/04/2004
| “Numru ta’ boat | builders li huma kollha sidien ta’ negozji zghar jew self-employed inghaqdu f’assocjazzjoni ta’ manifatturi bil-ghan li flimkien jiddiskutu kif jistghu jiffaccjaw bejniethom l-isfidi u l-opportunitajiet li jiltaqghu maghhom fil-hidma taghhom bhala manifatturi ta’ dghajjes. Dawn is-sidien kienu mghejjuna jinghaqdu f’assocjazzjoni mill-Malta Standards Authority u mis-Small Business and Crafts Directorate, u dan sabiex illum fil-process tal-manifattura n-negozji zghar ikunu jistghu jghelbu d-diffikultajiet li jiltaqghu maghhom jekk jaffrontaw is-sitwazzjoni flimkien. Illum gejna hawn biex ninawguraw l-impenn ta’ dawn il-boat builders u nuru dan is-success taghhom bhala ezempju ghal ohrajn.” |
| Hekk | ikkummenta is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Kompetittivita’ u l-Komunikazzjoni, l-Onor. Edwin Vassallo meta flimkien mal-Ministru Censu Galea kienu qed izuru l-fabbrika ta’ Chaudron Co. Ltd. |
| Is-sid | ta’ din il-kumpanija kien qed jipprepara ghall-esportazzjoni ta’ dghajjes lejn in-Norvegja. Dawn id-dghajjes, li kienu qed jitghabbew fil-containers ghall-esportazzjoni, diga’ ghaddew mic-certifikazzjoni skond ir-regolamenti u l-istandards Maltin, hekk kif stabbiliti mill-Malta Standards Authority (li llum il-gurnata huma ekkwivalenti ma’ dawk Ewropej), biex il-manifattur seta’ jwahhal il-marka ‘CE’. Din il-marka hija l-conformity mark li permezz taghha, dawn il-prodotti jkunu certifikati ‘safe’ ghall-uzu tax-xerrejja taghhom. B’hekk ikunu jistghu mhux biss jitqeghdu fuq is-suq Malti, izda jkollhom access ghas-suq ferm akbar ta’ l-European Economic Area (EEA), u ghalhekk dawn id-dghajjes setghu jkunu esportati lejn in-Norvegja. |
| Il-Ministru | ghall-Kompetittivita’ u l-Komunikazzjoni, l-Onor. Censu Galea qal li dan huwa ezempju car tal-vantaggi li jgib mieghu d-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Hu qal li bis-sahha ta’ dan il-pass, imprendituri Maltin issa m’ghadhomx limitati ghal suq zghir izda jistghu jesportaw bla xkiel lejn kull pajjiz ta’ l-Unjoni Ewropea u jzidu l-bejgh taghhom. |
| Il-Kumpaniji | li qed jifformaw din l-assocjazzjoni huma: Buccaneer Boats Ltd., Carmelo Aquilina Boat Builder, Chaudron Co. Ltd., Crown Fibreglass, Fibreoptic Ltd., Hi TechMarine Ltd., Paul’s Garage, Petercraft u Tar-Ratal Marine Crafts. Dawn il-membri huma fost l-esibituri Maltin li ser ikunu qed jesebixxu l-prodotti taghhom fil-Fiera tad-Dghajjes li se tittella’ fin-Naxxar fil-jiem li gejjin. |
| Il-Ministru | Censu Galea kellu kliem ta’ tifhir ghall-hidma ta’ l-MSA u l-SBU u ghall-istess membri ta’ din l-assocjazzjoni, li hadu din l-inizjattiva u nghaqdu f’din l-assocjazzjoni. |
| “Pajjizna | jrid ikun kompetittiv fil-kummerc tieghu u kemm-il darba ntejjbu l-kapacita’ kummercjali taghna, inkunu qed noholqu aktar impjiegi, inzidu l-valur ta’ l-industrija taghna u nkattru l-produttivita` fil-manifatura tan-negozji taghna. L-impenn tal-Ministeru tieghi huwa li jara li pajjizna jsir aktar kompetittiv. Kull servizz moghti jenhtieg li jkun aktar efficjenti u f’waqtu. ’Il quddiem, wara konsultazzjoni mas-setturi kollha nvoluti, il-Ministeru jkun jista’ jhabbar pjan ta’ hidma li permezz tieghu irridu naraw li l-Gvern, b’hidma impenjattiva, ikun qed jghin biex in-negozji taghna jkunu qed jiehdu sehemhom mis-suq kummercjali globali. |
| “Jiena nawgura hidma fejjieda lil din l-assocjazzjoni | u inwieghed li l-hidma tal-Ministeru tieghi ghandha twassal biex dawn il-membri jkunu mghejuna ikabbru in-negozju taghhom u jisfidaw swieq godda ta’ esportazzjoni.” B’dawn il-kliem il-Ministru Censu Galea awgura success lil din l-assocjazzjoni filwaqt li assigurahom li l-Gvern, bid-dipartimenti tieghu u l-awtoritajiet koncernati, lest li jkun ta’ ghajnuna ghal dawn in-negozji, biex kull negozju jkun aktar kompetittiv fis-suq rispettiv tieghu. |
DOI 06.04.2004
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en