Left arrow Go Back

Gwida Vokazzjonali li Tirifletti l-Ugwaljanza bejn is-Sessi

PR476
Date Icon 06/04/2004
GwidaVokazzjonali li Tirifletti l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
“Manual for Gender SensitiveVocational Guidance” hi pubblikazzjoni tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC), li ġiet imnedija mill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Impjieg, l-Onor. Louis Galea, f’konferenza ta’ l-aħbarijet dalgħodu.
Il-“Manualfor Gender Sensitive Vocational Guidance”, miktub minn Anna Borg, Senior Executive (Gender Issues - ETC), Christine Borg u bil-kollaborazzjoni ta’ esperti f’dan il-qasam, jagħti ħarsa lejn l-impatt li l-ġeneru jista’ jkollu fuq l-iżvilupp tagħna u kif il-ġeneru għandu tendenza li jfassal l-aspettattivi tagħna dwarna stess u dwar l-oħrajn fil-ħajja tagħna fil-familja, l-iskola u x-xogħol. Il-pubblikazzjoni tagħti fatti dwar is-suq tax-xogħol li jistgħu jipprovokaw ħsieb u tagħti wkoll linji ta’ gwida.
Dinil-pubblikazzjoni ta’ l-ETC hi għodda ta’ tagħlim li qed tintuża f’korsijiet ta’ taħriġ li l-Korporazzjoni qiegħda torganizza għal għalliema tal-guidance u counsellors minn skejjel pubbliċi, tal-Knisja u privati. ’Il fuq minn 400 għalliem qed jattendu dawn il-korsijiet li għandhom l-għan li jkabbar sensitivita` għall-ġeneru ta’ dawk li jagħtu is-servizz ta’ counselling fuq materji vokazzjonali lil studenti u apprentisti.
Fikliem is-Sur John P. Camilleri, CEO ta’ l-ETC, l-awtur tal-introduzzjoni tal-manwal:  “L-ETC tittama li dan il-“Manual for Gender Sensitive Vocational Guidance” ikun għodda utli li jiġi kkonsultat u użat ta’ spiss minn dawk li jemmnu fil-potenzjal tal-persuni mingħajr impożizzjonijiet u limiti.”
Waqtil-konferenza ta’ l-aħbarijiet, Ms Anna Borg tat preżentazzjoni permezz ta’ PowerPoint dwar il-pubblikazzjoni u l-korsijiet li qed isiru mill-ETC għall-għalliema tal-guidance u l-counsellors, fil-waqt li Dr Robert Tufigno, iċ-Chairman ta’ l-ETC, tkellem dwar l-isforzi tal-Korporazzjoni biex tippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u tattira aktar nisa lejn is-suq tax-xogħol.
Il-MinistruLouis Galea qal li l-kwistjonijiet tal-ġeneru għadhom qed jeffettwaw l-iżvilupp vokazzjonali taż-żewġ sessi bil-periklu li jillimitaw l-għażliet u b’hekk l-iżvilupp ta’ l-individwi.   Hu qal li skond l-aħħar statistika dwar ix-xogħol, 34% tan-nisa ta’ l-età tax-xogħol qiegħdin fil-fatt jaħdmu.  Minn 11,000 persuna li qed jaħdmu part-time, aktar minn 70% huma nisa.  L-irgiel ukoll jiffaċċjaw ċerti diffikultajiet, fl-edukazzjoni per eżempju insibu li hemm aktar studenti subien fl-eta ta’ bejn 18 u 24 sena milli bniet ta’ l-istess età, li qed jitilqu kmieni mill-iskola (early school leavers) u b’hekk ikollhom biss edukazzjoni primarja u sekondarja.  Louis Galea tenna li s-sistema edukattiv ma jistax joħnoq l-opportunitajiet u l-għażliet billi jiġi nfluwenzat mill-ideat tradizzjonali ta’ liema impiegi huma tajbin għall-irgiel u liema għan-nisa.  Bil-kuntrarju, irridu noffru sistemi ta’ gwida u pariri biex minkejja s-sess ta’ l-individwu, ikun jista jilħaq il-milja tiegħu jew tagħha.
Il-Ministruqal li hemm diversi oqsma li għandhom bżonn attenzjoni.  Bħala eżempju, hu semma l-qasam edukattiv u qal li filwaqt li huwa fatt magħruf li fl-Università hemm aktar nisa milli irġiel, dan mhux il-każ fil-qasam vokazzjonali.  “Fl-MCAST per eżempju, filwaqt li hemm sinjali pożittivi, għal kull studenta hemm żewġt irġiel/ġuvintur u fl-iskemi ta’ apprentistat hemm ħames irġiel/ġuvintur għal kull studenta.  Hu qal li l-qasam edukattiv juri wkoll sinjali ta’ segregazzjoni tal-ġeneri fejn, għalkemm hemm bil-wisq aktar għalliema nisa, hemm aktar kapijiet ta’ l-iskejjel irġiel.
LouisGalea qal li kull tifel jew tifla, raġel jew mara li ma jingħatawx l-opportunitajiet u l-għażliet kollha possibbli ifisser ħela ta’ riżorsi.  Pajjiż bħal tagħna ma jistax iħalli dan jiġri u għalhekk sfida ewlenija fil-ħolqien tal-Pjan Nazzjonali għall-Impjiegi hi kif se noħolqu biżżejjed spazju, opportunitajiet u appoġġ biex kemm l-irġiel, kif ukoll in-nisa, jkunu jistgħu ikomplu jaħdmu filwaqt li jieħdu ħsieb it-tfal tagħhom f’etajiet differenti.  “Irridu naslu għal sitwazzjoni fejn ħadd ma jkollu bżonn jagħmel għażla bejn il-familja u x-xogħol li jagħmlu.  Irridu ndaħħlu l-flessibilità u l-appoġġ fil-post tax-xogħol inkella l-miljuni li nkunu qed ninvestu fl-edukazzjoni ikunu qed jinħlew”.  Il-Ministru temm jgħid li dawn u punti oħrajn, qed jiġu diskussi ma’ l-imsieħba ewlenin f’dan il-qasam, hekk kif qed ikun żviluppat il-kapitlu dwar il-generu bħala parti mill-Pjan Nazzjonali dwar l-Impjiegi.

Il-kopji tal-manwal mhux se jkunu għall-bejgħ iżda kopja PDF tista’ tiġi mniżżla mingħajr ħlas mis-sezzjoni tal-pubblikazzjonijiet tal-web site ta’ l-ETC www.etc.org.mt


DOI  06.04.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow