STQARRIJA TAL-GVERN DWAR L-INTERIM ENGINEERED LANDFILL
STQARRIJA TAL-GVERN DWAR L-INTERIM ENGINEERED LANDFILL
Il-Gvern ikkunsidra l-istqarrija tal-Kummissjoni tal-Knisja dwar l-Ambjent dwar il-miżbliet temporanji u filwaqt li japprezza dan il-kontribut fid-diskussjoni li għaddejja bħalissa fil-pajjiż, jinnota li kuntrarjament għal kif suġġerit fl-istqarrija mhux possibli li ‘nippruvaw b’kull mezz li ninnegozjaw għall-estensjoni ta’ żmien ta’ l-egħluq tal-Magħtab’.
Il-Gvern għandu fiduċja fil-MEPA li din tasal biex tiddeċiedi abbażi tal-fatti kollha. Madanakollu, l-Gvern qed jibqa’ jenfasizza ma’ l-esperti u n-nies tekniċi sabiex jeżaminaw kull alternattiva vjabbli oħra.
Sadanittant, il-Gvern aċċetta proposta tal-Wasteserv li sakemm ikun hemm deċiżjoni fuq l-Interim Engineered Landfill, l-iskart se jinħażen f’żona barra l-Magħtab bi proċeduri li huma konformi mad-direttivi ta’ l-Unjoni Ewropea. Għal dan il-għan se jsiru x-xogħlijiet neċessarji biex dan isir possibli.
Fl-aħħarnett tajjeb wieħed jerġa’ jenfasizza li minħabba d-daqs ta’ pajjiżna, kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed se jkollha xi impatt iżda l-Gvern hu fid-dmir li dan l-impatt jitnaqqas kemm jista’ jkun.
DOI – 02.04.2004
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en