€184 MILJUN F’GĦAJNUNA FINANZJARJA GĦALL-BDIEWA U R-RAĦĦALA
PR460
02/08/2004
| B’riżultat tan-negozjati ma’ l-Unjoni Ewropea, il-Gvern Malti kiseb | pakkett ta’ għajnuna finanzjarja għall-bdiewa. Din l-għajnuna tlaħħaq il €184 miljun (madwar Lm77 miljun) sas-sena 2014. Din l-għajnuna hi ffinanzjata mill-fondi ta` l-Unjoni Ewropea għall-wara s-sħubija u mill-Gvern Malti. |
| Dan tħabbar mill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u | l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet dwar it-tnehdija ta’ diversi skemi ta’ għajnuna. Matul din il-konferenza ngħataw ukoll dettalji dwar l-istat ta’ tħejjija tal-Ministeru għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Prezenti għal din il-konferenza kien hemm is-Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura u Sajd fil-Ministeru ta` l-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, l-Onor. Francis Agius. |
| Il-Ministru George Pullicino qal li Malta hi l-ewwel | pajjiż, minn fost il-membri l-ġodda li se jissieħbu fl-Unjoni Ewropea, li qed tilqa’ dawn it-talbiet għall-iskemi ta’ għajnuna skond il-Politika Agrikola Komuni ta’ l-Unjoni Ewropea. Hu qal li t-tnehdija ta’ dawn l-iskemi hija konferma ta’ kemm il-Ministeru hu preparat għas-sħubija. L-Uffiċċju għall-Amministrazzjoni u l-Kontroll ta’ l-Art Agrikola (IACS) ukoll hu mħejji tajjeb u qed jiffunzjona kif mitlub mir-regolamenti ta’ l-Unjoni Ewropea. |
| L-Onor. George Pullicino qal li l-Aġenzija ta’ | Pagament ukoll se tkun lesta sad-data tas-sħubija. F’dawn il-jiem qed jintgħażel il-bank li se jipproċessa t-transazzjonijiet finanzjarji u għaddejjin ukoll l-aħħar diskussjonijiet ma’ kumpannija privata ta’ awditjar biex l-aġenzija tkun akkreditata skond kif mitlub mir-regolamenti ta’ l-Unjoni Ewropea. |
| Il-Ministru Pullicino faħħar lill-impjegati tal-MITTS | li żviluppaw sistema li biha rnexxielhom jissimplifikaw sistema li hija kemmxejn kumplikata. Permezz ta’ din is-sistema l-applikant mhu ser jkollu jimla ebda formola iżda l-informazzjoni se tinġabar minn uffiċjali tal-Ministeru waqt interviews li se jsiru u din l-informazzjoni se tkun trasferuta direttament fuq id-database. Dan se jnaqqas l-inkonvenjent għall-applikanti u fl-istess ħin inaqqas ukoll ix-xogħol amministrattiv għad-Dipartiment. |
| Pullicino qal li fin-negozjati ma’ l-Unjoni Ewropea | Malta kienet l-uniku pajjiż, minn fost l-istati membri l-ġodda, li ngħatat l-istat ta’ żona żvantaġġjata (less favoured area) u dan wassal biex inkisbet aktar għajnuna. |
| Il-Ministru George Pullicino appella lill-bdiewa u r-raħħala | Maltin biex jingħaqdu f’għaqdiet tal-produtturi u żied jgħid li l-Unjoni Ewropea għandha wkoll għajnuna li tkopri sa’ nofs l-ispejjeż amministrattivi involuti. |
| Il-Ministru Pullicino qal li l-Ministeru jrid | jiżgura li kull min hu intitulat għal din l-għajnuna jibbenefika minn din l-opportunita’ li qed tingħatalu. Kien għalhekk li l-Ministeru ħejja kampanja ta’ informazzjoni li tinkludi ittri personalizzati li qed jintbagħtu għand dawk kollha reġistrati mad-Dipartiment ta’ l-Agrikultura, fuljetti ta’ informazzjoni, riklami u numru freephone 8007 2310 minn fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni. |
Intant, l-iskemi ta’ għajnuna huma għal:
- Qmuħ, ċereali u magħlef ieħor, u għajnuna fuq ir-raba’ mistrieħ;
- Frott u Ħxejjex;
- Tadam u Frott għall-Iproċessar;
- Patata;
- Żebbuġ;
- Għajnuna għar-Restawr ta’ Ħitan tas-Sejjieħ ta’ Lqugħ;
- Taħwil, Ristrutturar u Għajnuna addizzjonali fuq Dwieli;
- Għajnuna fuq Speċi Awtoktoni (eż. is-siġra tal-Ballut u l-gendus Malti);
- Biedja Organika;
- Għajnuna fuq Żoni Żvantaġġjati, u
- Għajnuna għall-bdiewa reġistrati full time.
| L-applikazzjonijiet għal dawn l-iskemi se jibqgħu | jintlaqgħu sas-17 ta’ Mejju. Skond ir-regolamenti ta’ l-Unjoni Ewropea jingħata ċans ta’ 25 ġurnata oħra wara d-data ta’ l-egħluq, jiġifieri sal-11 ta’ Ġunju iżda tinqata’ 1% ta’ l-għajnuna li jkun intitolat għaliha l-applikant għal kull ġurnata tard li ssir l-applikazzjoni. |
| L-applikazzjonijiet qed jintlaqgħu miċ-Ċentru ta’ | l-Għammieri, l-Marsa, mill-uffiċċju ta’ l-Extension Service tal-Mosta, u mill-Uffiċċju ta’ l-Agrikultura (IACS), ir-Rabat Għawdex. |
| DOI – | 02.04.2004 |
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en