WORLD HEALTH DAY 2004: Is-Sigurta’ fis-Sewqan fost iż-ŻgħAżagħ
PR446
01/04/2004
| WORLD | HEALTH DAY 2004: Is-Sigurta’ fis-Sewqan fost iż-ŻgħAżagħ |
| Kull | sena l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tiċċelebra Jum is-Saħħa fis-7 t’April. It-tema għal din is-sena hi s-Sigurta’ fis-Sewqan. Diversi għaqdiet qed jorganizzaw attivitajiet biex jiffokaw l-attenzjoni fuq l-inċidenti tat-traffiku, il-konsegwenzi gravi li jġibu magħhom u kif dawn jistgħu jiġu evitati. |
| F’Malta, | id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa se juża din il-ġurnata biex iqajjem kuxjenza fost iż-żgħażagħ dwar dan is-suġġett. Skond statistika li saret bejn l-2001 u l-2003, iż-żgħażagħ ta’ bejn l-20 u d-29 sena huma l-aktar (36%) li jkollhom inċidenti fit-toroq (ADT 2001-2003). Fost l-akbar riskji tas-sewqan assoċjati maż-żagħżagħ insibu n-nuqqas ta’ esperjenza u l-influenza ta’ l-alkoħol. L-istil ta’ ħajja żagħżugħa wkoll għandha effett kemm minħabba l-kumpanija li jagħmluha magħha u l-pressjoni li din iġġib fuqhom, kif ukoll peress li xi drabi jippruvaw jimpresjonaw biex iħossuhom parti minn grupp ta’ ħbieb. |
| Għal | dan l-iskop, id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa flimkien ma’ l-istudenti tal-MCAST, qed itellgħu diversi proġetti biex titqajjem kuxjenza fost iż-żgħażagħ dwar dan is-suġġett. |
| Id-disinn | tal-poster u s-slogan saru minn student li jattendi l-Istitut ta’ l-Arti u Disinn fl-MCAST, filwaqt li studenti mill-Istitut tan-Negozju u Kummerċ għamlu stħarriġ dwar sewwieqa żagħżagħ li jattendu l-MCAST, biex jaraw x’importanza jagħtu lis-sigurta’ fit-toroq u l-imġieba tagħhom stess fit-traffiku. Studenti mill-Istitut ta’ l-Inġinerija Mekkanika għamlu spezzjonijiet fuq karozzi. Dawn saru kemm fuq karozzi ta’ l-istudenti kif ukoll għall-pubbliku ġenerali. Studenti mill-Istitut ta’ l-Informazzjoni u t-Teknoloġija tal-Komunikazzjoni ddisinjaw u produċew sit dedikat għas-sigurta’ tat-traffiku – www.mcast.edu.mt/roadsafety. |
| Preżenti | għal din l-attivita’ kien hemm il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg, l-Onor. Louis Galea u s-Sinjura Helen D’Amato, Segretarju Parlamentari ta’ l-Anzjani u l-Kura tal-Komunita’. Il-Ministru Louis Galea enfasizza l-importanza li wieħed għandu jagħti lis-sigurta’ tiegħu nnifsu u ta’ ħaddiehor, b’mod partikolari waqt is-sewqan. Il-Ministru kompla jgħid li jiddispjaċih meta jara inċidenti li setgħu ġew evitati u li ħafna drabi jkunu kaġun ta’ mwiet jew feriti gravi. Il-Ministru Galea faħħar lill-MCAST ta’ l-inizzjattiva li ħadu flimkien ma’ l-awtoritajiet tas-Saħħa biex iwasslu dan il-messaġġ. |
| DOI | – 01.04.2004 |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en