Left arrow Go Back

TITNIEDA L-15-IL EDIZZJONI TAL-‘MOTOR FAIR’

PR444
Date Icon 01/04/2004
TITNIEDA L-15-ILEDIZZJONI TAL-‘MOTOR FAIR’
Il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq, l-Onor. Jesmond Mugliettnieda l-ħmistax-il edizzjoni tal-‘Motor Fair’ li qed tittella’ fin-Naxxar, bejn l-Erbgħa, 31 ta’ Marzu u l-Ħadd 4 t’April.
Il-‘Motor Fair2004’ hija l-ikbar fiera speċjalizzata li ttella’ l-Korporazzjoni tal-Fieri. Din is-sena qed jieħdu sehem l-importaturi kollha tal-karozzi.
F’konferenza ta’l-aħbarijiet, il-Ministru Mugliett qal li pajjiżna qiegħed fi żmien eċċezzjonali meta Malta għandha opportunitajiet kbar biex tuża fondi mill-Ħames Protokoll Taljan u mill-Unjoni Ewropea biex jittejjeb in-network tat-toroq. Hu qal li dan ser iwassal għal toroq ta’ livell għola f’kull aspett bħal sigurtà u kwalità ta’ kostruzzjoni.
Il-Ministru għall-IżviluppUrban u Toroq qal li l-Gvern għalhekk qiegħed jagħti prijorità għolja lill-iżvilupp tat-toroq, partikolarment minħabba li hemm kwistjonijiet ta’ saħħa u sigurtà li rridu nħarsu lejhom.
“L-isfida li għandnaquddiemna hi mhux biss li nibnu network effiċjenti ta’ toroq, iżda li dawn nibnuhom fuq l-aqwa safety standards. L-impenn tal-Gvern f’dan ir-rigward wassal biex il-ġimgħa d-dieħla, eżattament fis-6 t’April immur Dublin biex niffirma Road Safety Charter li biha l-pajjiżi firmatarji jintrabtu li jnaqqsu bin-nofs l-ammont ta’ inċidenti fatali fuq it-toroq tagħhom sas-sena 2010,” kompla l-Ministru.
Il-MinistruMugliett kompla jgħid li l-għan tar-Road Safety Charter jista’ jintlaħaq b’impenn fuq diversi fronti, bħall-edukazzjoni, it-tijib fil-manutenzjoni tal-karozzi u t-tijib fil-livell tat-toroq.
Il-Ministru temm billiawgura li l-Korporazzjoni tal-Fieri tuża s-suċċess li tikseb il-‘Motor Fair’ kull sena biex twassal il-messaġġ edukattiv għal aktar sigurtà fit-toroq.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow