Left arrow Go Back

TRASFERIMENT TA’ IKTAR ĦADDIEMA TAL-GVERN LEJN GĦAWDEX

PR407
Date Icon 25/03/2004

Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor Giovanna Debono dalgħodu żaret ufficcju ġdid fic-Centru Amministrattiv fil-belt Victoria fejn din il-ġimgħa stess ġew trasferiti minn Malta 11-il ħaddiem Għawdxi, sabiex jagħmlu xogħol klerikali tal-Gvern f’Għawdex. 

Dan il-Gvern jemmen li dak ix-xogħol klerikali li jista’ jsir f’Għawdex, għandu jibda’ jsir hawn, sabiex b’hekk, ħaddiema Għawdxin li kienu jagħmlu xogħol simili f’dipartimenti tal-Gvern f’Malta, issa jkunu jistgħu jaħdmu f’Għawdex. L-eżercizzju biex jigi ndividwat ix-xogħol li jista’ jsir f’Għawdex u t-taħriġ, trasferiment, u t-twaqqif ta’ ufficcji, jifforma parti mill-programm tal-Gvern li beda jitwettaq fl-1998.  

Din il-politika wasslet sabiex issa ġew trasferiti 11-il ħaddiem ieħor Għawdxi, din id-darba biex jagħmlu xogħol ta’ “data input“ tar-Reġistru Pubbliku. Dan ifisser li, minn Ottubru 1998, f’Għawdex ġew trasferiti 84 ħaddiem tal-Gvern sabiex jagħmlu xogħol fis-sezzjonijiet tas-Sigurta’ Socjali, Salarji tad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni u tax-Xogħlijiet; u dan ta’ l-aħħar, tar-Reġistru Pubbliku.  

Il-Ministru għal Għawdex esprimiet is-sodisfazzjon tagħha li iktar ħaddiema Għawdxin qed jiġu trasferiti f’Għawdex sabiex jagħmlu xogħol ta’ “back office work”, filwaqt li qalet li huma iktar il-ħaddiema Għawdxin li mistennija jiġu jaħdmu f’Għawdex wara li iktar xogħol ta’ sezzjonijiet jibda jsir minn Għawdex. Hija wriet l-apprezzament tagħha lejn il-kollaborazzjoni li l-Ministeru għal Għawdex sab mill-Ufficcju tal-Prim Ministru sabiex dawn il-ħaddiema wkoll setgħu jinġiebu jaħdmu f’Għawdex.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow