Il-PRIM MINISTRU JATTENDI GĦALL-LAQGĦA TAL-KUNSILL EWROPEW
Il-Prim Ministru l-Onor. Lawrence Gonzi llum ħalla Malta għal Brussel fejn se jieħu sehem fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew. Waqt din il-laqgħa mistennija jiġu diskussi fost oħrajn, il-prioritajiet fl-istrateġija ta’ Lisbona, u s-sitwazzjoni internazzjonali.
Għall-laqgħa ta’ dan il-kunsill, il-Kapijiet ta’ l-Istat se jiltaqgħu ukoll bħala Konferenza Intergovernattiva. Il-Presidenza Irlandiża se tirrapporta lill-Kunsill Ewropew dwar il-prospetti ta’ progress fuq bażi ta’ konsultazzjonijiet li saru skond il-mandat tal-Kunsill Ewropew li ltaqa’ f’Diċembru ta’ l-2003.
Il-Prim Ministru se jkun akkumpanjat mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni ta’ l-Investiment, John Dalli, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi, Tonio Fenech, ir-Rappreżentant Permanenti għal Malta fl-Unjoni Ewropea, Richard Cachia Caruana u l-Kap tas-Segretarjat tal-Prim Ministru, Edgar Galea Curmi, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, Paul Zahra, u d-Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Politiċi, John Inguanez.
Il-Prim Ministru mistenni lura Malta għada, il-Gimgħa, 26 ta’ Marzu.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en