ĦATRA TAL-KAP TAS-SERVIZZ TAS-SIGURTÀ
Illum il-Prim Ministru ħatar lis-Sur Godfrey Scicluna bħala Kap tas-Servizz tas-Sigurtà. Is-Sur Scicluna ilu għal dawn l-aħħar sitt xhur Aġent Kap ta’ l-istess servizz.
Is-Servizz tas-Sigurtà twaqqaf f’Settembru 1996, bl-iskop li l-funzjonijiet ta’ sigurtà fil-pajjiż u l-ġbir ta’ informazzjoni rilevanti (li qabel kienu fdati lill-Pulizija) jiġu trasferiti lil korp awtonomu indipendenti mill-Korp tal-Pulizija. Fis-Servizz tas-Sigurtà jaħdmu persuni li ġejjin minn aġenziji tat-twettiq tal-liġi, f’ko-ordinazzjoni bejniethom u mgħejjuna mill-poteri speċjali li l-liġi tagħti lis-Servizz.
Bejn is-snin 1988 u 1997, is-Sur Godfrey Scicluna kien membru tas-sezzjoni tas-sigurtà fi ħdan il-Korp tal-Pulizija. Fl-1996 ġie maħtur Supretendent u ftit wara ġie nkarigat mis-sezzjoni ta’ kontra d-drogi. Fl-1997, bħala Supretendent, is-Sur Scicluna kien responsabbli mid-Distretti tal-Belt Valletta u Ħal Qormi, sakemm fl-1998 reġa’ lura fis-sezzjoni tas-sigurtà. Mat-twaqqif tas-Servizz tas-Sigurtà fl-2001, ġie appuntat Assistent Kap tas-servizz u fl-2003 ġie maħtur Aġent Kap tas-Servizz tas-Sigurtà.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en