Left arrow Go Back

IX-XOGĦOL FIL-ĠNIEN TAL-BARAKKA TA’ FUQ JASAL FL-AĦĦAR FAŻI - PROĠETT STMAT LI SER JISWA LM220,000

PR368
Date Icon 17/03/2004

Ix-Xogħol ta’ Upgrading u rijabilitazzjoni fil-ġnien tal-Barakka ta’ Fuq fil-Belt Valletta wasal fil-fażi finali u x-xogħlijiet kollha mistennija jitlestew fi ftit ġranet oħra sabiex lejn l-aħħar ta’April, il-Barakka terġa` tinfetaħ għall-pubbliku. 

Dan ħabbru l-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, l-Onor. Ninu Zammit waqt żjara fil-Barakka ta’ Fuq fejn seta` jsegwi l-progress fuq dan il-proġett importanti. Il-proġett tal-Barrakka ta' Fuq jinkludi titjieb ġenerali u dehra mill-iktar moderna għal dan il-ġnien li huwa kkunsidrat bħala l-ġnien nazzjonali ta' pajjiżna. 

Il-Ministru Ninu Zammit spjega li dan il-proġett jinkludi:
     1.      Titjieb tas-servizzi kollha
     2.      Sistema ġdida ta' dawl li tagħti mportanza lill-arkati u lill-monumenti
     3.      Sistema ġdida ta’ drip irrigation
4.      Pavimentar tal-ġnien kollu b'materjal naturali, jiġifieri qawwi, porfido u cagħaq
     5.      Zieda fin-numru ta' siġar
     6.      Bankijiet u street furniture oħrajn  ġodda
     7.      Tneħħija ta' travu tal-concrete u magħmul mill-ġdid bi stil li jikkumplimenta lill-ġnien
     8.      Restawr komplet tal-gallarija tal-ġnien, inkluż il-poġġaman tal-ħadid
     9.      Titjieb temporanju fis-Saluting Battery
10.    Sistema gdida ta’ ġbir u ħazna ta’ l-ilma tax-xita
     11.    Tindif estensiv tas-swar u ta’ l-area minn fejn qabel kien hemm il-Lift sa hdejn il-War    
              Rooms. 

Sar ukoll restawr intensiv tal-kiosk fil-Barakka, kif ukoll restawr fuq numru ta' monumenti fil-ġnien. Dawn jinkludu l-Monument ta’ Zammit u monumenti zgħar oħra, restawr li sar kollu mill-ħaddiema tar-Restoration Unit fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura. 

Il-Ministru Ninu Zammit spjega li l-ħsieb ewlieni wara r-rijabilitazzjoni tal-ġnien tal-Barakka ta’ Fuq kien li kemm jista` jkun, jinżamm u jitjieb dak kollu diga` eżistenti fil-ġnien u li għandu valur storiku, u fl-istess waqt jiġi ntrodott disinn li jikkumplimenta l-madwar u jintroduċi aktar interess għall-viżitaturi. Hu kompla jgħid li ngħatat attenzjoni partikolari ghal mod ta’ kif ġie ppjanat l-ispazju fil-ġnien bil-ħsieb li ’l quddiem, il-ġnien ikun użat b’għanijiet u b’attivitajiet li minnhom jista` jgawdi l-pubbliku in ġenerali. 

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura spjega li l-proġett tal-Ġnien tal-Barrakka ta' Fuq huwa parti minn proġett fuq medda ta' erba' snin sabiex jiġu rijabilitati l-ġonna tal-Belt Valletta. Is-sena li għaddiet tlesta l-proġett tal-ġnien tal-Barrakka t'Isfel li ngħata dehra ahjar. Din is-sena għalhekk qed isir dan il-ġnien tal-Barrakka ta' Fuq kif ukoll inbeda xi xogħol preliminari fuq il-ġnien ta' Hastings.  

Il-proġett tal-ġnien tal-Barrakka ta' Fuq waħdu huwa stmat li se jiswa' mal-kwart ta’ miljun liri Maltin. 

Fi tmiem iż-żjara tieghu, il-Ministru Ninu Zammit tenna li l-ħidma kollha tal-Proġett għar-Rijabilitazzjoni tal-Belt Valletta hija riflessa fl-attenzjoni li qed tingħata lill-Belt Valletta. Il-Gvern preżenti dejjem inkoraġixxa u ħares ’il quddiem b’determinazzjoni lejn it-twettieq ta’ aktar proġetti għall-Belt Kapitali.  

Il-Ministru Zammit wiegħed li ser jibqa’ jappoġġa proġetti u inizjattivi simili. Huwa saħaq li biex jintlaħqu l-għanijiet tagħna lkoll bhala Maltin, irid ikun hemm koordinament bejn dawk kollha involuti, sabiex il-wirt storiku li għandha fil-Belt nibżgħu għalih u ngħadduh lil min ġej warajna fl-aħjar kundizzjoni.  

… / Nota storika dwar il-Barakka ta’ Fuq

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow