WEBSITE RINNOVATA TAL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U L-AMBJENT
Il-website tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent ingħatat dehra isbaħ, b’aktar informazzjoni dwar l-oqsma li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ ta’ dan il-Ministeru.
Fit-tfassil tal-website ingħatat importanza biex l-informazzjoni tkun tista’ tinkiseb bl-akbar ħeffa u mingħajr ebda kumplikazzjoni u dan bl-iskop ewlieni li nħeġġu lil kullħadd biex jagħmel użu mill-minjiera ta’ informazzjoni li hi aċċessibbli għal kullħadd.
Il-website tinkludi l-aħħar aħbarijiet relatati mad-diversi dipartimenti li jiffurmaw il-Ministeru, dettalji dwar skemi u għajnuniet, leġislazzjoni kif ukoll għadd ta’ links ma’ websites oħra, relatati mal-ħidma tal-Ministeru, bħal MEPA u Aġenziji u Dipartimenti barranin. Permezz tal-website wieħed jista’ wkoll jitlob għal aktar informazzjoni dwar xi tema partikolari.
L-għan ta’ din il-website hu li sservi bħala ċentru ta’ riżorsi għall-oqsma ta’ l-agrikoltura, s-sajd u l-ambjent f’pajjiżna.
L-indirizz tal-website tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent hu www.mrae.gov.mt
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en