Left arrow Go Back

ŻJARA TAL-PRIM MINISTRU FIL-LIBJA

PR362
Date Icon 16/03/2004

Id-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni jirreferi għall-istqarrija ta’ Onor Leo Brincat dwar iż-żjara tal-Prim Ministru fil-Libja. 

Il-Prim Ministru mar il-Libja fuq stedina taċ-Chairman tal-Corinthia Group sabiex jara l-lukanda ġdida li din il-kumpanija fetħet fi Tripli.  Din il-lukanda hija r-riżultat ta’ investiment qawwi tal-Corinthia Group li jlaħħaq il-miljuni ta’ liri.  Ta’ min jgħid li ħafna mix-xogħol ta’ din il-lukanda sar minn kuntratturi Maltin. 

Kif kien Tripli l-Prim Ministru għamel żjara ta’ kortesija lill-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Dr Abulrahman Shalgam, mal-Ministru ta’ l-Ekonomija u Kummerċ Dr Abdel Qader Al Kheir u mad-Deputat Prim Ministru Dr Al-Bughdadi.  Il-Prim Ministru tal-Libja kien barra l-pajjiż fil-waqt li l-Kurunell Qadhafi ma kienx Tripli. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow