Left arrow Go Back

APPREZZAMENT GĦALL-ĦIDMA TA’ L-GĦAQDIET VOLONTARJI AMBJENTALI

PR34
Date Icon 15/01/2004

Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jixtieq għal darb’oħra jirriafferma l-apprezzament tal-Gvern għall-ħidma volontarja li ssir mill-għaqdiet ambjentali u dan hu kkonfermat mill-flus li jingħataw lill-għaqdiet għall-immaniġġjar ta’ riservi u siti oħra ta’ importanza ambjentali. 

Dan l-apprezzament jistgħu jikkonfermawh l-istess għaqdiet ambjentali, li qed jingħataw spazju dejjem akbar u qed ikunu nvoluti fi proġetti bi sħab mal-Gvern.  

Madankollu, il-Ministeru mhux dispost li jaċċetta kritika bħalma saret minn xi għaqdiet ambjentali, wara l-inċident deplorabbli tal-qtil tal-palettuni fl-Għadira.   

Il-fatti huma li l-Gvern qed iħallas il-pagi għal erba’ gwardjani u spettur ambjentali, kemm għar-riserva ta’ l-Għadira, kif ukoll erba’ gwardjani oħra u spettur ambjentali għal dik tas-Simar.  Il-Ministeru jiċħad li sar xi attakk fuq il-Birdlife (Malta), iżda b’reazzjoni għall-kummenti li għamel il-President tal-Birdlife, il-Gvern semma bl-aktar mod ċar l-għajnuna diretta li qed tingħata lill-Birdlife għat-tmexxija tar-riservi fl-Għadira u dik tas-Simar, xi ħaġa li l-President tal-Birdlife (Malta) naqas milli jsemmi. 

Il-Ministeru kkummenta wkoll fuq dak li qalet il-Birdlife (Malta) li l-Gvern għad fadallu jagħti Lm10,000.  Il-kummenti tal-Ministeru saru biss biex ikun spjegat għalfejn kienu għadhom ma tħallsux dawn il-flus.  Il-ħarsien tar-regolamenti finanzjarji mhuwiex xi kapriċċ ta’ dan il-Ministeru, iżda jassigura serjeta’ u trasparenza fl-immaniġġjar ta’ fondi pubbliċi. Mhux ġust li l-Gvern jispiċċa jeħel b’kollox, anke meta r-responsabbilta’ tat-tmexxija hija ta’ ħaddieħor u l-Gvern ikun qed jgħin biex dan iseħħ. 

Il-Ministeru se jkompli jfittex is-sehem tal-għaqdiet ambjentali biex jirnexxi f’dan il-għan u l-awgurju hu li nkomplu nsaħħu l-koperazzjoni magħhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow