IL-MINISTRU GĦAL GĦAWDEX TATTENDI GHAL-LAQGĦA ĠENERALI ANNWALI TA’ L-ASSOCJAZZJONI TAT-TURIŻMU GĦAL GĦAWDEX
mill-Ministeru għal Għawdex ħames snin ilu, għandha l-għan li tippromwovi bis-sħiħ id-destinazzjoni turistika ta’ din il-gżira. Dan permezz ta’ inizjattivi li tieħu hi, kif ukoll billi tissieħeb ma’ organizzazzjonijiet oħra, biex flimkien iwettqu pjan li jtejjeb il-prodott turistiku ta’ Għawdex. Il-GTA dan għamlitu sa mit-twaqqif tagħha u kompliet twettqu anke matul is-sena li għaddiet.
Il-Ministru qalet dan waqt diskors li ghamlet fl-okkazzjoni tal-Laqgħa Ġenerali Annwali ta’ l-Assocjazzjoni tat-Turiżmu għal Għawdex li saret illum f’Marsalforn.
L-Onor. Giovanna Debono qalet li jeħtieġ li l-partijiet kollha nteressati fil-qasam turistiku ta’ Għawdex ikomplu jingħaqdu u jaħdmu flimkien. Il-ħidma kollettiva tagħti frott kbir. Hija rreferiet għat-twaqqif tal-Kumitat Reġjonali għall-Proġetti f’Għawdex fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex li bħalissa wasal fi stat avvanzat biex jiġi mniedi fil-futur qrib. Hawnhekk ukoll il-GTA għandha rwol importanti fit-tfassil ta’ proġetti u inizjattivi b’riżq Għawdex.
Il-Ministru għal Għawdex irreferiet għall-politika tal-Gvern fir-rigward tal-qasam turistiku u Għawdex. Hija tkellmet dwar proġetti u inizjattivi li jindirizzaw b’mod dirett u indirett dan il-qasam li l-Ministeru għal Għawdex qiegħed jaħdem fuqhom u li ser jitwettqu fis-snin li ġejjin.
Fost dawn, il-Ministru għal Għawdex tkellmet dwar il-proġett ta’ Training Hotel u Upgrading ta’ l-Istitut għall-Istudji Turistiċi fil-Qala, li mistenni jkun lest sa l-2006. Giovanna Debono tkellmet ukoll dwar il-proġett ta’ Decompression Chamber għal Għawdex flimkien mal-formazzjoni ta’ siti artifiċċjali għall-għaddasa fl-ibħra madwar il-gżira Għawdxija. Hija rreferiet ukoll għal proġetti oħra li jolqtu lill-qasam turistiku b’mod indirett bħall-programm għall-bini mill-ġdid ta’ toroq arterjali, il-proġett għall-mużew ta’ l-arkeoloġija, u żewġ proġetti oħra li x-xogħol fuqhom inbeda ftit snin ilu: il-proġett għat-trattament tad-drenaġġ u l-kostruzzjoni ta’ waste transfer station bħala soluzzjoni permanenti għal tnejn mill-ikbar problemi ambjentali f’Għawdex.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en