IR-RWOL, ID-DMIRIJIET U L-HIDMA TA’ L-ISTITUZZJONI TA’ L-OMBUDSMAN F’PAJJIZNA
Nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Marzu 2004 fl-għaxra ta’ filgħodu, l-Ombudsman se jagħti konferenza stampa fl-uffiċċju ta’ "Market Intelligence Services Company Limited (MISCO)" f’Regency House (it-tielet ular), Triq ir-Repubblika, Valletta.
Waqt din l-okkażjoni se jitħabbru r-riżultati ta’ proġett ta’ riċerka li sar dan l-aħħar f’isem dan l-Uffiċċju mill-MISCO. Dan il-proġett kien dwar kemm il-poplu Malti in ġenerali jaf fuq ir-rwol, id-dmirijiet u l-ħidma ta’ l-Istituzzjoni ta’ l-Ombudsman f’pajjiżna. Se jitħabbru wkoll ir-riżultati dwar kif jaħsbuha l-Maltin dwar l-Uffiċċju ta’ l-Ombudsman u dwar il-livell ta’ fiduċja li dan l-Uffiċċju jgawdi fost il-poplu.
Matul din il-konferenza stampa, se jingħata ukoll ir-riżultati preliminarі ta’ studju ieħor li sar ukoll dan l-aħħar mill-MISCO. Dan l-istudju juri kif jaħsbuha whud li f’dawn l-aħħar snin marru għand l-Ombudsman dwar il-mod kif ġew ittrattati l-ilmenti li huma ressqu quddiemu.
Fl-istess okkażjoni se jingħata xi tagħrif li nġabar mill-ufficcju ta’ l-Ombudsman dwar kif uhud minn dawk li jmexxu dipartimenti tal-gvern u aġenziji u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta’ l-Ombudsman jaħsbuha fuq il-mod kif din l-istituzzjoni twettaq id-dmir tagħha li tħares id-dritt ta’ kull ċittadin għal amministrazzjoni tajba.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en