Left arrow Go Back

FTUĦ TA’ LITERACY CENTRE F’GĦAWDEX

PR260
Date Icon 01/03/2004

Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono inawgurat ċentru ta’ riżorsi intenzjonat sabiex iservi ta’ għajnuna fit-tagħlim tal-lingwa għat-tfal fl-iskejjel primarji ta’ l-Istat u tal-Knisja. Ir-riżorsi ta’ dan iċ-ċentru ser jikkomplementaw ir-riżorsi li diġa’ jinsabu fl-iskejjel tagħna. L-għan taċ-ċentru hu li t-tfal, speċjalment dawk it-tfal li l-aktar għandhom bżonn l-għajnuna, ikollhom aċċess għal dawn ir-riżorsi.

F’diskors ta’ l-okkażjoni l-Ministru għal Għawdex tkellmet dwar l-impenn tal-Gvern sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun in-numru ta’ tfal li jgħaddu mill-iskejjel primarji għal dawk sekondarji b’diffikultajiet fil-qari u fil-kitba. Hija qalet li permezz tas-support ta’ l-għalliema ta’ l-iskejjel tagħna kif ukoll bis-servizzi mogħtija mill-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi, qed tingħata attenzjoni lid-diffikultajiet ta’ tfal li l-aktar huma fil-bżonn.

Il-Ministru Debono qalet li kienet deċiżjoni tajba li s-servizz tal-complementary teachers ikun mifrux ma’ l-iskejjel kollha ta’ Għawdex tant li diġa’ qiegħdin naraw progress fil-ħiliet tat-tfal. Hija qalet ukoll li hija l-intenzjoni tal-Gvern li jintlaħqu l-akbar numru ta’ tfal possibli u b’hekk ikun qed jiġi assigurat li qiegħed isir dak kollu possibbli biex jitnaqqas in-numru ta’ tfal li joħorġu mill-iskejjel mingħajr il-ħiliet bażiċi li wieħed għandu bżonn fis-soċjeta’ ta’ llum.

Filwaqt li faħħret l-inizjattiva tal-ftuħ ta’ dan iċ-ċentru hija saħqet sabiex dan il-materjal jiġi wżat u fl-istess waqt wriet ix-xewqa tagħha li din il-ġabra ta’ riżorsi tkompli tikber. Il-Ministru għal Għawdex temmet l-indirizz tagħha billi qalet li hija x-xewqa tagħha li s-servizz ta’ tagħlim speċjalizzat ikompli jissaħħaħ għall-benefiċċju dirett tat-tfal infushom kif ukoll għas-soċjeta tagħna.

Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm l-Assistent Direttur ta’ L-Edukazzjoni għal Għawdex, is-Sur Carmel Attard li enfasizza l-ħtieġa ta’ Ċentru bħal dan għal Għawdex u ħeġġeġ lill-kapijiet ta’ l-Iskejjel preżenti biex jagħmlu l-aktar użu possibli minn dan ic-ċentru ġdid ta’ riżorsi. Preżenti wkoll kien hemm Dr. Charles Mifsud, kap ta’ Literacy Unit fl-Universita ta’ Malta u Dr. Joe Fenech, min-National Curriculum Centre, diversi uffiċċjali Edukattivi, Kapijiet ta’ l-Iskejjel t’Għawdex u tfal minn skejjel statali u tal-Knisja.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow