Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FRANCIS AGIUS IWIEGEB ALLEGAZZJONIJIET LI DEHRU F’GURNAL LOKALI DWAR IC-CENTRU TA’ TAHRIG GHALL-ADULTI

PR208
Date Icon 19/02/2004

Dalghodu, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Politika Socjali, l-Onor.  Francis Agius indirizza konferenza stampa fl-Adult Training Centre ta’ Hal Far, fejn wiegeb ghal rapport li deher fl-Orizzont tal-lum, il-Hamis 19 ta' Frar 2004, dwar ic-Centru ta’ Tahrig ghall-Adulti ta' Hal-Far;  intitolat: “Persuni b'Dizabilita' f'Ambjent mitluq”. 

Matul il-Konferenza stampa, Dr. Agius ta dettalji li permezz taghhom, wiehed malajr jinduna li hafna minn dak li kien hemm miktub fil-gurnal koncernat,  m’huwiex korrett u jista’ jaghti lok ghal  interpretazzjoni zbaljata. 

1. Fejn issemma n-numru ta' staff mhux adekwat ghax-xoghol li qieghed jaghmel, wiehed irid jghid li n-numru ta' impjegati fic-Centru ta' Hal-Har huwa ta' 41; filwaqt illi n-numru ta' Persuni b'dizabilita li jattendu f’dan ic-centru huwa ta’  90 kull jum. Dan ifisser li r-‘ratio’ huwa ta’  ftit aktar minn 1:3. Tajjeb li wiehed jghid li l-Care Workers li jahdmu f'Hal-Far sarilhom kors ta' 85 siegha, kif ukoll in Service Training Courses ohra matul iz-zmien, minn Training Consultant tad-Dipartiment u minn professjonisti ohra.

2 In-numru ta' Professional Support Workers fic-Centru ta' Hal Far huwa  ta’ nursefull-time, 3 Speech Therapists li jmorru tnejn  fil-gimgha u  Occupational Therapist wiehed li jmur darbtejn fil-gimgha. Ta' min jghid ukoll illi fic-Centri kollha li ghandna madwar Malta, hemm 4 Professional Support Workers, 4 Nurses, 2 Occupational Therapists, 1 Training Consultant u numru ta' Speech Therapists.

3 Meta ssemma li m'hemmx programm formali fic-Centru ta' Hal-Far, dana m’hu veru xejn, ghaliex hemm diversi programmi li jsiru regolarment matul il-gurnata. 

4. Meta ssemma l-periklu tas-saqaf tal-Asbestos, id-Dipartiment ha azzjoni mmedjata mal-Occupational Health & Safety Authority, li marru jaraw il-post u ghandhom jaghtuna struzzjonijiet jekk ghandux jitnehha jew le.

5. Dwar is-suggett ta’ Trasport, is-Segretarju Parlamentari Agius jassigura li dan is-servizz baqa' jinghata dejjem l-istess, jigifieri li l-klijenti jingabru fit-7.45 a.m. u jitilqu fit-3.00 p.m. Ghalkemm f'Centri ohra wiehed jista’ jghid li d-Dipartiment jircievi ilmenti li certi mini buses jaslu  tard, dan ma jistax jinghad fil-kaz tac-Centru ta' Hal Far. 

6.  Dwar l-istaff  li ma jistghux iqandlu, tajjeb li wiehed jghid li tlieta biss huma l-impjegati li ma jqandlux; u wiehed minnhom jahdem bhala watchman. Fic-centru ta' Hal Far hemm tmintax-il klijent biss, li ghandhom bzonn it-tqandil.  

7. Dwar l-impjegati li jidhlu u johorgu meta jridu - dan l-ilment huwa michud kategorikament mill-Kap tac-Centru. Bhal kull sezzjoni ohra tad-Dipartiment, ic-Centru jimxi bis-sistema ufficjali li wiehed irid jiffirma t-Temporary Absencebook, u li jkunu fuq ragunijiet validi, bhal kazijiet medici jew xoghol trade unjonistiku.  

8. Dwar l-ilment illi l-haddiema mhumiex protetti minn assigurazzjoni tas-sahha, il-policy hija li m'hemmx assigurazzjoni fuq impjegati governattivi. Rigward it-tilqim kontra certu mard, tajjeb li wiehed jghid li dan it-tilqim jinghata lil dawk l-impjegati li jahdmu direttament mal-morda fid-djar residenzjali u djar ghall-anzjani.  

9. Meta ssemma l-kumment illi l-klijenti joqghodu bil-qeghda ma jaghmlu xejn,  dan huwa dovut ghall-fatt li hemm numru zghir ta' klijenti li minhabba d-dizabilita’ severa taghhom, dawn jircievu biss servizz ta' “respite”. 

10. Dwar l-allegazzjoni illi l-kmamar iqattru l-ilma, dan mhu veru xejn, anzi hija gidba bhal meta intqal illi dan ic-Centru huwa nieqes minn affarijiet ta' stationery u prodotti tat-tindif. 

11. Fuq l-ilment tal-vannijiet/coaches, tajjeb li jinghad illi  kull vettura li hemm fic-centru ta' Hal Far hija certifikata mill-VRT u qeghdin fil-process li ntejbu s-servizz ta' transport billi jinxtraw coachesgodda.  

Is-Segretarju Parlamentari Agius semma l-ispiza tad-dipartiment fejn jidhol il-finanzjament ghall-Adult Training Centers.  Huwa qal: 

Illi fl-1999,  in-nefqa fuq it-trasport kienet ta’ Lm102,000. Is-sena li ghaddiet  2003, in-nefqa kienet ta’ Lm129,500; u ghal din is-sena, n-nefqa vvotata hija ta’ Lm168,000.

Fejn tidhol nefqa totali rikorrenti ta’ l-istess centri, il-Gvern nefaq: 

1999         Lm  719,116
2000         Lm  706,000

2001         Lm  893,799
2002         Lm  882,700
2003         Lm1,193,550
2004         Lm1,227,150

12. Meta ssemmew il-gonna, dawn qed jinzammu fi stat tajjeb hafna, kif setghu jaraw il-gurnalisti prezenti ghall-Konferenza Stampa, minn gardinar ‘full time’ li hemm fic-centru, kif ukoll mill-klijenti stess. 

Wara l-Konferenza Stampa, il-media prezenti, fuq stedina ta’ Dr. Francis Agius, hadet l-okkazjoni biex izzur ic-centru bil-liberta’ kollha, halli jaraw dan kollu b’ghajnejhom u minghajr habi ta’ xejn. Dan l-Adult Training Centre li kien ufficjalment inawgurat fl-1994, jaghmel unur lid-dipartiment kif ukoll lill-Ministeru  ghall-Politika Socjali. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow