LM25.8 MILJUN LIRA ŻJIEDA FL-ESPORTAZZJONI U LM14-IL MILJUN LIRA F’IMPORTAZZJONI FIS-SENA 2002
“Għalkemm intom bħala boat builders, ftit fin-numru, tagħtu kontribut kbir lejn l-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż. Intom parti integrali mis-settur tal-manifattura. Intom settur li qed taħdmu f’ekonomija li s-sena li għaddiet, kienet kapaċi żżid l-esportazzjoni b’Lm25.8 miljun lira, u fejn l-importazzjoni żdiedet ukoll b’Lm14-il miljun lira. Dan skond statistika li turi li, minn Jannar sa Novembru 2002, kellna Lm713-il miljun lira ta’ esportazzjoni; filwaqt li fl-istess perjodu tas-sena 2003, kellna żjieda ta’ Lm739.0 miljun lira. Bħala self-employed u sidien ta’ negozji żgħar, fis-settur ta’ skilled/crafts, intom 32.4% tas-self-employed kollha. Dan ifisser li intom parti minn 6,892 self-employed minn total ta’ 21,300.”
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo kien qed jitkellem fi tmiem ta’ workshop li ġie organizzat mill-Malta Standards Authority dwar ‘Recreational Crafts’. Għal dan il-workshop, il-Malta Standards Authority laqqgħet flimkien, manifatturi tad-dgħajjes u entitajiet ohra li huma nteressati f’das-settur.
Dwar il-ħtieġa ta’ standards, is-Segretarju Parlamentari Vassallo qal li: “l-ħarsien ta’ standards jistgħu wkoll ikunu jfissru anqas burokrazija mill-MEPA, għaliex l-istandards kif maħruġa mill-Malta Standards Authority jistgħu faċilment jissimplifikaw proċeduri li kienu saru mill-MEPA fuq livell nazzjonali, meta kien għad m’hemmx standards Ewropej. Kemm-il darba dawn jibqgħu regolati mill-MEPA nistgħu faċilment inkunu qed niddupplikaw il-proceduri. Għalhekk bil-ħarsien ta’ Standards Ewropej, faċilment ikunu simplifikati l-proċeduri li jeżistu llum, u hekk ikollna standards uniformi ma’ dawk Ewropej.”
L-Onor Edwin Vassallo tkellem dwar il-ħidma tal-Gvern b’risq l-iżvilupp ta’ l-ekonomija f’pajjiżna biex ikun mgħejjun is-settur tas-self-employed u jinkludu inizjattivi ta’:
1. Tnaqqis ta’ burokrazija
2. Taħriġ fl-użu tal-Komputer
3. Aċċessibilita’ aħjar għall-fondi
“Dawn l-objettivi jiffurmaw il-bażi tal-European Charter for SME’s, Charter li l-Ministeru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi, dejjem mexa miegħu”, qal l-Onor. Edwin Vassallo, filwaqt li kompla jghid li fi ftit taz-zmien iehor, l-MSA se tahtar ghaqdiet professjonali tas-settur li se jkunu maghrufa bhala 'notified bodies'. Dawn in-'notified bodies' se jigu stabbiliti biex jikkontrollaw l-istandards u l-kwalita’ tal-prodotti, qabel dawn jitqieghdu fis-suq.
Din il-laqgħa kienet tifforma parti mill-proċess kontinwu ta’ konsultazzjoni mas-settur imprenditorjali li qed isir ma’ Awtoritajiet u Dipartimenti fi ħdan il-Ministeru. Bħal din il-laqgħa saru u qegħdin kontinwament isiru numru ta’ laqgħat f’setturi oħra.
Is-Segretarju Parlamentari wassal ukoll messaġġ lil dawk l-agenziji u entitajiet kollha li huma nteressati f’dan is-settur, biex dawn ikunu ta’ servizz għall-klijenti tagħhom. Dawn l-entitajiet kif ukoll il-manifatturi għandhom jaħdmu id f’id biex b’hekk kulħadd ikun jista’ jopera bl-aħjar mod, bi standards xierqa għal kulħadd.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en