Left arrow Go Back

IPPREŻENTAT IL-PROGRAMM TA’ ĦIDMA TAL-GVERN FIL-QASAM SPORTIV GĦAL DIN IS-SENA

PR20
Date Icon 10/01/2004

Il-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura, l-Onor. Jesmond Mugliett dal-għodu ippreżenta l-programm ta’ ħidma tal-Gvern fil-qasam sportiv għal din is-sena. Id-diskors tal-Ministru kien l-ewwel wieħed ta’ din il-leġislatura, kif ukoll l-ewwel wieħed wara d-dħul fis-seħħ tal-Att dwar l-Isport u minn meta l-Kunsill Malti għall-Isport ħa f’idejħ il-poteri eżekuttivi tal-Gvern f’dan il-qasam. 

Fid-diskors tiegħu, il-Perit Mugliett qal li s-sena li għaddiet kienet waħda speċjali għal bosta raġunijiet, fosthom li tlesta l-Kumpless Sportiv tal-Kottonera u kienu organizzati l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa. Hu semma li fl-2003 l-isport sar qasam ewlieni f’Ministeru ġdid kif ukoll inkisbu riżultati prestiġjużi f’diversi logħob. 

Il-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura qal li l-Kunsill Malti għall-Isport diġa qiegħed juri l-effettivita tiegħu u beda joħroġ b’inizjattivi ġodda  bħal programm għal self b’imgħax baxx għall-iżvilupp ta’ faċilitajiet sportivi minn għaqdiet u assoċazzjonijiet, kif ukoll it-twaqqif ta’ strutturi biex il-persuni b’diżabbilita jiprattikaw aktar sport. 

Il-Ministru Mugliett tkellem ukoll fid-dettal dwar inizjattivi u proġetti ġodda fil-qasam sportiv li l-Gvern ser jimplimenta fil-ġejjieni. 

Fost dawn hemm riżoluzzjoni Parlamentari oħra għal trasferiment ta’ faċilitajiet tal-Gvern lil għaqdiet sportivi; it-tkomplija ta’ sala sportiva, car park u faċilitajiet oħra fil-Kumpless tal-Marsa; kif ukoll il-bidu tax-xogħol fuq il-Kumpless tal-Karwija. 

Huwa semma ukoll il-pubblikazzjoni ta’ ktieb intiż biex iħajjar aktar turiżmu sportiv jiġi lejn Malta; l-ikkummisjonar ta’ survey sabiex ikun stabbilit il-livell ta’ parteċipazzjoni fl-isport f’Malta, u anke l-publikazzjoni ta’ avviż legali dwar id-doping sal-aħħar tas-sena 2004. 

Il-Ministru Mugliett tkellem fit-tul ukoll dwar l-iffinanzjar u kif il-Gvern kien sponsor ewlieni tal-isport f’Malta.  

Dwar dan, il-Perit Mugliett qal li l-politika għall-iffinanzjar tal-isport fil-futur ser ikollha l-għanijiet li twessa’ l-parteċipazzjoni, jintlaħaq livell ogħola f’diversi dixxiplini sabiex jinkisbu riżultati aħjar, kif ukoll li jitkabbar it-turiżmu sportiv.  Hu żied li biex jintlaħqu dawn l-għanijiet jeħtieġ isir razzjonaliżżar ta’ kif  jitqassmu l-fondi tal-Gvern kif ukoll monitoraġġ tal-istess infieq.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow