ĦINIJIET ESTIŻI GĦALL-PUBBLIKU MID-DIRETTORAT TA’ L-INFORMAZZJONI U SERVIZZ LILL-KLIJENT FID-DIVIŻJONI TAL-KONSUMATUR U TAL-KOMPETIZZJONI
Id-Direttorat ta’ l-Informazzjoni u Servizz lill-Klijent fid-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Kompetittività u Komunikazzjoni jixtieq jinforma lill-pubbliku li mit-3 ta’ Jannar 2005 l-uffiċċju ta’ Santa Venera ser jiftaħ għall-pubbliku nhar ta’:
· Tnejn, Tlieta, Ħamis u Ġimgħa : bejn it-8.30 a.m. u s-1.30 p.m.
· Erbgħa : bejn it-8.30 a.m. u l-4.30 p.m.
L-Uffiċċju tal-Belt ser jibda jiftaħ għall-pubbliku nhar ta’:
· Tlieta, Erbgħa, Ħamis u Ġimgħa : bejn it-8.30 a.m. u s-1.30 p.m.
· Tnejn : bejn it-8.30 a.m. u l-4.30 p.m.
Bejn is-16 ta’ Ġunju u t-30 ta’ Settembru, is-servizzi kollha ser jibqgħu bħas-soltu, jiġifieri bejn it-8.00 a.m. u s-1.00 p.m.
Dawn il-bidliet fil-ħinijiet qegħdin isiru sabiex il-konsumatur ikollu aktar ħin biex imur bl-ilmenti tiegħu fid-divizjoni tal-Konsumatur fi ħdan il-Ministeru għall-Kompetittività u Komunikazzjoni. Il-pubbliku huwa mħeġġeġ ukoll juża is-servizz tal-freephone, 800 744 00, li huwa disponibbli 24 siegħa kuljum.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jikkuntattja lid-
Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni,
‘Office for Fair Trading’,
Triq il-Kanun, Santa Venera. CMR 02.
Numru tat-telefon: 21 446250-5,
Numru tal-Fax: 21 446258,
Numru tal-Freephone: 8007 4400 jew
E-mail: fair.trading@gov.mt
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946