Left arrow Go Back

DONAZZJONI TA’ APPARAT GĦAL SERVIZZ AĦJAR TA’ SALVATAĠĠ U SIGURTÀ F’GĦAWDEX

PR1949
Date Icon 23/12/2004

L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex irċeviet donazzjoni ta’ apparat li jiffaċilita x-xogħol ta’ salvataġġ u sigurtà li joffri d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili f’Għawdex, mogħti mill-Ħbieb tal-Morda u ta’ l-Anzjani f’Għawdex (Friends of the Sick and the Elderly - Gozo). Il-preżentazzjoni saret il-bieraħ fil-Ministeru għal Għawdex. Għaliha kien hemm preżenti wkoll is-Sur Peter Cordina, Direttur tal-Protezzjoni Ċivili.

L-apparat li ġie mogħti jikkonsisti f’roll gliss bi tripod u winch, li jippermetti operazzjonijiet ta’ salvataġġ fi spazji limitati, cads li jintużaw waqt operazzjonijiet ta’ salvataġġ wara inċidenti ta’ traffiku, speċjalment sabiex jiġi protett aħjar id-dahar tal-persuna nvoluta, floatable rockboat għal salvataġġ mill-baħar, flimkien ma’ apparat ieħor ta’ l-ewwel għajnuna. L-apparat li ingħata għandu valur ta’ madwar Lm2,000.  

Il-Ministru għal Għawdex irringrazzjat lill-Ħbieb tal-Morda u ta’ l-Anzjani f’Għawdex għal din l-għotja, li hija għotja oħra sinifikanti li qed tagħmel din l-għaqda Għawdxija għall-ġid tas-soċjetà f’Għawdex. Il-Ministru qalet li l-Ħbieb tal-Morda u l-Anzjani f’Għawdex hija waħda mill-għaqdiet li regolarment toffri donazzjonijiet ta’ apparat, b’mod partikolari sabiex jingħataw iktar servizzi fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex, grazzi għad-dedikazzjoni tal-membri voluntiera tagħha.  

Il-Ministru Debono rringrazzjat ukoll lid-Direttur Peter Cordina u lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili f’Għawdex li kontinwament iwettqu xogħol tant meħtieġ għall-gżira t’Għawdex.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow