Left arrow Go Back

PRESEPJU BL-ISKOP LI JINĠABRU FONDI

PR1942
Date Icon 21/12/2004

Il-popolarita’ tal-presepju qed terġa’ tikber. Dan joħroġ ċar jekk nħarsu lejn l-avviżi li jirreklamaw kull tip ta’ presepji esibiti għall-pubbliku madwar Malta u Għawdex.  Il-presepju jibqa’ jagħti l-messaġġ ta’ Betlem, messaġġ ta’ mħabba u paċi.  

Il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura permezz tal-Kummissjoni Nazzjonali Folklor qiegħed kull sena jorganizza kompetizzjonijiet għal presepju li jattiraw konkorrenza vasta.  Dan isir biex tinżamm it-tradizzjoni. Illum li l-Ministeru tat-Turiżmu u l-Ministeru tal-Kultura ngħaqdu f’ministeru wieħed, il-presepju tista’ wkoll issirlu promozzjoni bħala attrazzjoni turistika.  

Fil-kappella ta’ Għajn Rihana f’Burmarrad, Jimmy Deguara tella’ presepju artistiku bl-iskop li jiġbor fondi ħalli jkun restawrat l-orgni tal-Knisja Parrokkjali tal-Mosta. Dan il-presepju ġie inawgurat mill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech nhar it-Tlieta 21 ta’ Diċembru.  

Il-Ministru Francis Zammit Dimech feraħ lil Jimmy Deguara li bl-isforzi tiegħu, u ta’ oħrajn bħalu, qed iżomm ħajja t-tradizzjoni tal-presepju li għaddew lilna missirijietna u li aħna fid-dmir li ngħaddu lil ta’ warajna. “Il-produzzjoni tal-presepji hi ta’ min jinkoraġġiha. Iżda meta bħal f’dan il-każ il-presepju jkun intrama għal skop filantropiku allura l-inkoraġġiment tagħna hu doppju,” stqarr il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura  li żied jinnota li f’dawn il-presepji jammira t-talent tal-Maltin li kapaċi jibnu kapulavuri ta’ arti mill-kartapesta, mill-ġibs u materjali oħrajn.  

“Il-presepju jkabbar l-ispirtu tal-Milied u joħroġ l-aspett nisrani tiegħu,” tenna l-Ministru Zammit Dimech filwaqt li appella biex din it-tradizzjoni ngħożżuha u nkomplu nkattruha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow