Left arrow Go Back

IL-PREZZ TAŻ-ŻEJT U S-SETTUR TAL-BIEDJA

PR1941
Date Icon 21/12/2004

Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jirreferi għal numru ta’ allegazzjonijiet li saru mill-Onor Noel Farrugia fi stqarrijiet li saru dan l-aħħar.  

Huwa tajjeb li wieħed jgħid li minkejja li fl-1997 il-prezz taż-żejt kien ħafna orħos minn tal-lum, il-Ministru ta’ dak iż-żmien responsabbli mill-Biedja u s-Sajd, li kien l-istess Onor. Noel Farrugia, kien jaqbel mat-tariffi l-ġodda tad-dawl u l-ilma li kien għolla l-Gvern immexxi mill-Partit Laburista. Kien jaqbel ma’ dik id-deċizjoni li kienet ser taffetwa bl-ikrah lill-bdiewa u r-raħħala Maltin u Għawdxin. Ir-rati li kien impona b’mod goff il-Gvern immexxi mill-Partit Laburista fl-1997 kienu bil-wisq ogħla u ta’ piż. Tajjeb li nfakkru x’kienu dawn it-tariffi imposti. Raħħal li kien iħallas Lm188 fis-sena kien ser ikollu iħallas Lm324 fis-sena, dan ifisser żieda ta 58%. Dawk li kienu jħallsu Lm30 kull erba’ xhur kien ser ikollhom iħallsu Lm791 bit-tariffi kif kien impona l-istess Gvern immexxi mill-Partit Laburista, fejn l-Onor. Noel Farrugia kien responsabbli minn dan is-settur. Dan kien ifisser li ż-żieda totali kif kien imponiha l-Gvern immexxi mill-Partit Laburista fl-1997 kienet ta’ Lm2,550 jew Lm7 kuljum. Ikun interessanti li l-Onor Noel Farrugia jgħid għaliex fl-1997 ma kienx iddefenda lill-istess bdiewa u raħħala fuq it-tariffi imposta fuqhom.  

Fl-istqarrija jintqal li hemm problemi għall-industrija tat-tjur tas-simna f’pajjiżna. B’mod partikulari jissemma l-għoli tal-pitrolju. Tajjeb li ngħidu li minn stħarriġ li għamel id-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji, irriżulta li l-pitrolju jużawh biss numru limitat ta’ produtturi. Uħud minn dawn il-produtturi digà qalbu għas-sistema tal-gas heating.  

Il-produtturi u l-proċessuri lokali qed jagħmlu ristrutturar qawwi biex ikomplu jkunu kompetittivi b’għajnuna diretta mill-Gvern sabiex iżidu l-effiċjenza, il-kompetittività, l-iġjene u l-ħarsien tal-ħajja ta’ l-annimali (animal welfare). Dan wassal ukoll biex kien hemm xi tnaqqis fil-qatla tal-Broilers.  

Għaldaqstant il-Gvern minn naħa tiegħu ha ħsieb li jgħin lil dawn il-produtturi u l-proċessuri permezz ta’ sussidju biex jagħmel tajjeb għal dan ir-ristrutturar.

Il-proċessuri u l-produtturi bejniethom din is-sena ser ikunu hadu Lm327,827. Dan għalhekk iwassal li minbarra r-ristrutturar meħtieġ, kemm fuq l-irziezet u kemm fuq l-impjanti ta’ l-ipproċessar, il-konsumatur igawdi minn prodott frisk u ta’ kwalità kif ukoll food safety.  

L-Onor. Farrugia rega’ semma li kien hemm siġar morda fil-Micropropagation Centre. Huwa veru li kien hemm xi siġar morda però dawn qatt ma ħarġu għand il-bdiewa u ġew meqruda. Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent iżomm responsabbli għad-danni lil min jagħmel allegazzjonijiet ta’ alarm li jikkawżaw danni għas-settur tal-bdiewa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow