Left arrow Go Back

SENA TA’ ĦIDMA INTENSIVA MID-DIPARTIMENT GĦAS-SERVIZZI TA’ L-INDAFA

PR1940
Date Icon 21/12/2004

Aktar minn 16,000 tunnellata ta’ skart mormi b’mod illegali nġabru sa l-aħħar ta’ Novembru mid-Dipartiment għas-Servizzi ta’ l-Indafa fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura. Dawn it-tunnellati ta’ skart inġabru minn toroq arterjali, widien u industrial estates.  

Dan sostnieh il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, Ninu Zammit waqt żjara li għamel f’Bormla fl-inħawi ta’ Nissan Huts, ħdejn is-Sur ta’ San Klement, fejn beda jigi esegwit  tindif ta’ din iż-żona. Il-Ministru Zammit tenna li l-ammont konsidervoli ta’ kull tip ta’ skart li ġie mormi f’dan is-sit juri n-nuqqas ta’ għożża minn nies irresponsabbli lejn il-wirt storiku ta’ pajjiżna. Dan is-sit prattikament  inbidel f’miżbla ta’ kull tip ta’ skart. Huwa semma li wara li jsir it-tindif meħtieg ser  jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jingħalaq l-aċċess ghal dan il-post.  

Xogħlijiet simili twettqu fl-Imrieħel, il-Belt Valletta, Ħal-Far, Sant Anġlu, Rinella u Popeye Village.  

Il-Ministru Ninu Zammit irrifera wkoll għax-xogħol estensiv li sar fit-tindif ta’ diversi widien, fosthom dawk li jiffurmaw parti mis-sistemi ta’ Wied il-Kbir u ta’ Wied il-Għasel sabiex tittaffa l-problema ta’ l-għargħar f’dawn l-inħawi. F’Wied il-Għasel biss sar tindif ta’iżjed minn 4 kilometri tul ta’widien.  

Finalment il-Ministru Zammit fakkar li ż-żamma ta’ l-ambjent hija r-responsabbilta’ tagħna lkoll u għaldaqstant reġa’ appella għall-sforz kollettiv minn kulħadd sabiex pajjiżna jinżamm fi stat nadif.

BLOCK B, FLORIANA, CMR 02, MALTA

TEL: (+356) 22997400, FAX: (+356) 21243306

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow