L-IFFAĊILITAR GĦAL NEGOZJI ŻGĦAR U S-SELF-EMPLOYED JGĦIN L-ATTIVITÀ KUMMERĊJALI F’PAJJIŻNA
L-attivita` kummerċjali f’pajjiżna kapaċi tikber u toħloq l-impjiegi kemm-il darba nagħmluha faċli biex self-employed u negozji żgħar ikunu jistgħu jaħdmu – is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo
F’kummenti li ta waqt żjara ma’ numru ta’ self employed, is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo qal li “l-attivita` kummerċjali f’pajjiżna hija magħmula minn għadd kbir ta’ negozji żgħar li huma magħmula minn self-employed u negozji tal-familja. Dawn in-negozji ż-żgħar huma mferrxa fl-oqsma kollha ta’ l-attivita` kummerċjali. In-negozji żgħar li jħaddmu inqas minn 10 minn nies, bħalma jiġri f’pajjizi oħra ta’ l-Unjoni Ewropea, jagħmlu aktar minn 98% ta’ l-attivita` kummerċjali.”
L-Onor. Vassallo ta wkoll indikazzjoni ta’ fejn żdiedu l-impjiegi maħluqa mill-attivita` kummerċjali f’pajjiżna. Huwa qal li “l-attivita` kummerċjali f’pajjiżna, bl-involviment ta’ ħafna minn dawn in-negozji żgħar tagħna, din is-sena kienet kapaċi toħloq 1729 impjieg ġdid. Kemm-il darba pajjiżna rridu narawh jikber fl-Unjoni Ewropea, kull min għandu responsabbilta` li jagħti servizz lis-settur kummerċjali jrid jifhem li s-settur ta’ l-attivita` kummerċjali kapaċi joħloq dejjem aktar impjiegi jekk ikun moqdi b’effiċjenza u b’inqas burokrazija.
“Bl-istess insistenza, is-settur kummerċjali jrid jifhem li għandu l-obbligi tiegħu lejn il-ġirien, lejn l-ambjent u lejn Liġijiet Fiskali. F’kelma wahda, jekk irridu l-attivita` kummerċjali tikber b’servizz effiċjenti u inqas burokrazija, rridu naraw self-employed, sidien ta’ negozji żgħar u dawk kollha li huma nvoluti fl-attivita` kummerċjali ta’ pajjiżna li ma jibqgħux jaħsbu li suq ħieles huwa suq li fih kulħadd jista’ jagħmel li jrid. Bil-kuntrarju, suq ħieles ifisser suq organizzat fejn in-negozju għandu aktar regolamenti li jirregolaw l-attivita` kummerċjali tiegħu. Dawn ir-regolamenti, għal min iqishom bħala direzzjoni, huma l-aħjar għodda għal negozju organizzat u kapaċi jirrispondi għall-ħtiġijiet tal-konsumatur. Min dawn ir-regolamenti jarahom żejda, jkun qiegħed jiddeċiedi li jkisser l-attivita` kummerċjali tiegħu.
“Kemm-il darba tassew irridu nkabbru l-attivita` kummerċjali tagħna, kull min qiegħed jagħmel negozju f’pajjiżna għandu jagħti importanza lill-ħarsien ta’ l-etika u l-valuri fit-teħid tad-deċiżjonijiet tiegħu.”
Is-Segretarju Parlamentari qal ukoll li “l-messaġġ ewlieni li joħrog minn dan il-budget huwa li l-Gvern irid jaħdem biex inaqqas l-ekonomija moħbija (“illicit trading”). Dan għaliex meta nnaqqsu din l-attivita` kummerċjali moħbija, li ssib sens fl-evażjoni tad-dmirijiet soċjali u fiskali, nkunu qegħdin insaħħu l-kompetittivita` bejn dawk kollha li qegħdin jagħmlu l-attivita` kummerċjali f’pajjizna. Dan għaliex l-akbar diffikulta` li jiltaqgħu magħha l-imprendituri li għandhom negozju li qiegħed jitmexxa kif mitlub mil-liġijiet, hija l-kompetizzjoni nġusta li għandhom ma’ min qiegħed jagħmel attivita` kummerċjali bil-moħbi.”
Tabelli…
Employment in the Commercial Sector
2000 | 2001 | 2002 | 2003 | 2004 | Difference (2003 – 2004) | % Difference (2003 – 2004) | |
Wholesale and Retail Trades | 15,633 | 15,289 | 15,593 | 15,993 | 16,430 | 437 | 2.7 |
Banks and Financial Institutions | 4,228 | 4,140 | 4,052 | 4,039 | 4,017 | -22 | -0.5 |
Insurance | 816 | 852 | 842 | 831 | 852 | 21 | 2.5 |
Real Estate | 492 | 492 | 486 | 507 | 480 | -27 | -5.3 |
Transport | 8,300 | 7,712 | 7,564 | 7,496 | 7,583 | 87 | 1.2 |
Storage and Warehousing | 694 | 740 | 759 | 769 | 751 | -18 | -2.3 |
Communications | 2,383 | 2,572 | 2,537 | 2,277 | 2,142 | -135 | -5.9 |
Community and Business | 14,315 | 15,762 | 16,843 | 17,594 | 18,739 | 1145 | 6.5 |
Recreation Services | 840 | 1,143 | 941 | 924 | 943 | 19 | 2.1 |
Hotels and Catering Establishments | 9,812 | 9,962 | 9,599 | 9,584 | 9,590 | 6 | 0.1 |
Other Personal Services | 2,824 | 2,644 | 2,689 | 2,733 | 2,819 | 86 | 3.1 |
Agriculture and Fisheries | 2,292 | 2,278 | -14 | -0.6 | |||
Quarrying and Construction | 6,844 | 7,016 | 172 | 2.5 | |||
Manufacturing | 27,682 | 27,392 | -290 | -1.0 | |||
Self Employed | 15,645 | 15,907 | 262 | 1.7 | |||
TOTAL | 115210 | 116939 | 1729 | 1.5 |
Source: NSO Labour Statistics 207/2004
Economic Survey, January – September 2004
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946