Left arrow Go Back

CD EDUKATTIVA DWAR L-AMBJENT MALTI

PR1893
Date Icon 09/12/2004

CD edukattiva dwar l-importanza ta’ l-ambjent ta' madwarna għat-turiżmu ser titqassam lil kull klassi fl-iskejjel kollha Primarji u Sekondarji ta' l-Istat, Knisja u Privati. L-inizjattiva ttieħdet mis-Sur Frank Salt bi sħab mal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, ir-Rotary Club u l-HSBC. Mal-5000 kopja tas-CD se jitqassmu fl-iskejjel u mid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni.  L-inizjattiva hi appoġġjata mill-Ministeri ta’ l-Ambjent u dak tat-Turiżmu.

L-iskop ta' din is-CD huwa biex l-istudenti Maltin isiru aktar konxji dwar l-importanza li l-ambjent Malti u Għawdxi għandu mhux biss għall-poplu Malti iżda għal dawk kollha li jżuru pajjiżna bħala turisti.

Permezz ta' din is-CD l-istudenti jitgħallmu li :

It-turiżmu huwa kolonna ewlenija għall-ekonomija ta' Malta fejn jaħdmu eluf ta' ħaddiema u fejn jitħarrġu mijiet ta' żgħażagħ;

L-ambjent huwa aspett kruċjali għas-suċċess f'dan is-settur;

Jinħtieġ tinħoloq kuxjenza biex l-ambjent ta' madwarna jinżamm fi stat tajjeb ħalli l-patrimonju li għaddewlna missirijietna ngħadduh lil ta' warajna.

Is-CD hi għodda edukattiva li tintuża f'kull klassi regolarment f'diskussjonijiet dwar l-ambjent u kif ngħożżu u nieħdu ħsieb pajjiżna.  F’dawn il-ġranet il-kapijiet ta’ l-iskejjel se jingħataw din iċ-CD biex imbagħad jitqassmu fil-klassijiet kollha.  

Waqt it-tnedija tas-CD edukattiv il-Ministru Louis Galea qal li l-inizjattiva tas-Sur Frank Salt hi waħda ammirevoli u turi kemm is-settur privat jista’ jkun sieħeb importanti u effettiv biex permezz ta’ l-edukazzjoni nkomplu ntejjbu pajjiżna u l-prodott turistiku.  Louis Galea qal li s-CD iwassal messaġġ importanti dwar is-sbuħija ta’ pajjiżna u r-rikkezzi naturali u storiċi li għandna u fl-istess ħin juri b’mod ċar u viżiv kif, jekk ma jimpurtaniex, nistgħu nkerrħu pajjiżna.  Min jara dan is-CD mill-ewwel jinduna d-differenza bejn dak li hu sabieħ u dak li hu ikraħ, bejn dak li jgħolli lil pajjiżna u dak li jbaxxieh, aktar ma nkunu konxji minn dan aktar hemm ċans li l-ġenerazzjoni li tiela tkun sensittiva għal dan bl-iskop li jfittxu aktar dak li hu sabieħ u li jsebbaħ u jibżgħu aktar għall-ambjent ta’ madwarhom.  

Louis Galea qal li l-Prim Ministru poġġa bħala l-ogħla prioritajiet l-Ambjent u l-Edukazzjoni flimkien ma’ l-Ekonomija tal-Pajjiż.  Jekk dan is-CD jilħaq il-mira tiegħu nkunu qed insaħħu dawn it-tlett kolonni, l-ewwel nett billi permezz ta’ l-edukazzjoni ntejjbu l-għarfien tal-poplu dwar l-ambjent ta’ madwarna, it-tieni billi permezz ta’ din l-edukazzjoni jkollna poplu li jibża aktar għall-ambjent Malti, u t-tielet billi permezz ta’ ambjent isbaħ ikollna prodott turistiku ta’ livell ogħla.  

Il-Ministru Galea temm iħeġġeġ lill-għalliema kollha jużaw din l-għodda edukattiva b’mod li jwasslu l-messaġġ lill-istudenti b’mod ċar u effettiv u b’mod regolari biex fuq mhedda ta’ żmien jifhmu sew kemm hu importanti dan il-qasam għal kulħadd.  Hu qal li importanti li s-CD ma jintużax biss f’xi lezzjoni tas-Studji Soċjali biss imma waqt lezzjonijiet differenti ta’ l-Ingliż tal-Malti tax-Xjenza u oħrajn biex it-tema tinfirex fuq il-kurrikulu kollu.  

Fl-intervent tiegħu l-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li mat-turiżmu jaħdem kulħadd u għalhekk kien importanti li kulħadd jagħti sehmu biex dan is-settur ikompli jissaħħaħ, jkattar il-ġid u joħloq l-impjiegi.  

Hu qal li biex inkattru t-turiżmu ridna nieħdu ħsieb li jkollna ambjent sabiħ u nadif u li nħarsu kif jixraq il-wirt kulturali tagħna.  Francis Zammit Dimech qal li ried jifraħ lil Frank Salt għall-inizjattiva tiegħu li kien ċert li kienet se tgħin biex inkomplu nagħmlu l-istudenti tagħna aktar konxji mill-importanza ta’ l-ambjent taħt kull aspett inkluż l-aspett tat-turiżmu.  

Siltiet mid-diskors tas-Sur Frank Salt:  

“The success or failure of us keeping our country environmentally acceptable, is by educating our children and youth at their place of learning, whether this is at school, college, university or at their clubs societies or other organizations where they gather.”  

“Our youth must be made aware that the care of our environment is absolutely essential for their future and the future of all Maltese.”  

“We have lost two or three generations of students over the past years who have grown up with a very couldn’t care less attitude, and the result is there for all to see.  We cannot combat this only by strict control and heavy fines, but it is far better for all of us, if we control the future through education.”  

“This is why I decided to produce this CD that can be show to all youth giving them pride in their country and emphasizing the importance of looking after their country.  Education Minister Louis Galea was very supportive of my idea and we developed the CD with the assistance of the Rotary Club and HSBC.”  

“This is just the beginning of this type of education, and later on we can develop a much better presentation, maybe even interactive, that will do the job in a more professional manner”.  

“My sincere hope is that I never see again, in the local newspapers, a cleanup campaign around our country, especially if the work is being done by the sailors of some visiting ship.  It is so embarrassing to see foreigners seeing the need to clean up our country.”   

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow