IL-KURUNELL CARMEL VASSALLO JINĦATAR KMANDANT TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA
Il-Prim Ministru ħatar lill-Kurunell Carmel Vassallo bħala Brigadier u Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta b’effett mill-1 ta’ Marzu 2004.
Hu se jieħu post il-Brigadier Rupert Montanaro li se jirtira bl-eta’. Il-Kurunell Montanaro kien ingħata t-tmexxija ta’ l-Armata f’idejh u l-kariga ta’ Brigadier fl-1996. Hu se jkun ilu fis-servizz għal aktar minn 40 sena, li 33 sena minnhom għamilhom fl-Armata Maltija.
Il-Kurunell Vassallo ilu Deputat Kmandant ta’ l-Armata għal dawn l-aħħar seba’ snin.
Carmel Vassallo studja għal sentejn fl-‘Italian Army War College’ ta’ Civitavecchia u f’Novembru ta’ l-1989 laħaq Maġġur.
Fl-1996 inħatar Kurunell u fl-1998 għamel kors ta’ sena fir-‘Royal College of Defence Studies’ ta’ Londra. Matul il-karriera tiegħu għamel diversi korsijiet oħra, fosthom il-kors li fih ikkwalifika bħala pilota tal-helicopter. Għal dawn l-aħħar tliet snin huwa kien id-delegat Malti fuq il-Kumitat Militari ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-Kurunell Vassallo għandu 49 sena u se jkun fost l-iżgħar Kmandanti li qatt kellha l-Armata Maltija.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en