LICENZJA GHAL LOGHOB TAL-LOTTERIJA NAZZJONALI
Wara negozjati twal il-Maltco Lotteries Limited inghatat il-Licenzja biex topera l-loghob tal-Lotterija Nazzjonali skond Parti IV ta’ l-Att ta’ l-2001 dwar Lotteriji u Loghob Iehor. Il-Maltco Lotteries Limited ghandha bhala azzjonisti lill-operatur internazzjonali tal-Lotteriji Grieg: Intralot u zewg kumpaniji Maltin: Players’ Group u Associated Supplies Limited.
Skond it-termini tal-Licenzja tal-Lotterija Nazzjonali, Maltco Lotteries Limited se tinghata d-dritt esklussiv biex torganizza l-loghob li bhalissa jaqa’ taht id-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku flimkien ma’ loghob iehor gdid. Il-Licenzja torbot lill-operatur b’obbligazzjonijiet partikolarment marbuta ma’ loghob responsabbli u ma’ Kodici ta’ Prattika Tajba ghall-bejjiegha.
Fl-istess waqt, intlahaq ftehim mar-ricevituri tal-lottu prezenti, li se jaghmluha ta’ agenti tal-Maltco Lotteries Limited. Dan il-ftehim gie finalizzat wara sensiela ta’ laqghat – uhud minnhom preseduti mill-Ministru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomici, ma’ l-Unjon tar-Ricevituri tal-Lottu, l-avukati taghhom u ufficjali ta’ l-Unjon Haddiema Maghqudin.
Il-Maltco Lotteries Limited se taghmel hlas bil-quddiem ta’ Lm5 miljun lira mal-ftehim u Lm3 miljun lira ohra, meta jibdew joperaw fi zmien sitt xhur, minbarra licenzja annwali u ta’ kull xahar u hlasijiet marbutin mal-bejgh. Dan il-hlas irid isir lill-Awtorita’ dwar il-Lotteriji u l-Loghob.
Kazini tal-Baned u organizzazzjonijiet li fil-prezent jibbenefikaw minn dhul iggenerat mill-bejgh ta’ prodotti tal-lotteriji u loghob iehor, se jibqghu jgawdu minn dan il-beneficcju. Dawn se jkunu amministrati mill-Fond ghall-Kawzi Gusti tal-Lotterija Nazzjonali mahluq mill-Att il-Gdid dwar il-Loghob.
Dan il-process li wassal ghall-privatizzazzjoni tal-Licenzja tal-Lotterija Nazzjonali beda f’Mejju 2001. It-Taqsima tal-Privatizzazzjoni mexxiet dan il-process u kienet meghjuna b’mod partikolari mid-ditta legali Mamo TCV u d-ditta legali specjalizzata fil-ligi Ewropea, Vlaemminck & Partners u l-Malta Investment Management Company. Il-Kummissjoni tal-Lotterija Nazzjonali tar-Renju Unit u l-Hedra Management Consultants ukoll taw is-servizzi taghhom lit-Taqsima tal-Privatizzazzjoni. Kien hemm sitt applikazzjonijiet wara Talba ghall-Proposti. Tliet proposti gew sottomessi u wara process ta’ valutazzjoni u diskussjonijiet it-Taqsima tal-Privatizzazzjoni irrakkomandat lill-Kabinett li jinbdew tahditiet mal-Maltco bil-hsieb li jigi finalizzat il-process ta’ l-ghoti tal-Licenza tal-Lotterija Nazzjonali.
Fl-istess waqt li kien ghaddej il-process, il-Gvern ghadda ligi gdida bil-hsieb li tigbor il-legislazzjoni kollha Maltija marbuta mal-loghob, waqt li fl-istess hin twaqqfet l-Awtorita’ dwar il-Lotteriji u l-Loghob.
Skond il-Licenzja, Maltco Lotteries Limited ghandhom licenzja ghal seba’ snin li tista’ tittawwal ghal tmien snin taht certi cirkostanzi marbutin mal-process tal-ghoti tat-tieni licenzja ghall-Lotterija Nazzjonali wara l-ewwel seba’ snin. Il-Licenzja tkopri r-responsabiltajiet ta’ l-operatur, li jinkludu wkoll investiment qawwi fl-istruttura tat-teknologija ta’ l-informazzjoni, li bhalissa hemm fis-settur tal-loghob f’Malta.
Fi tmiem in-negozjati mal-Maltco Lotteries Limited u l-ftehim milhuq bejn ir-Ricevituri tal-Lottu u l-Maltco, il-Ministru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomici ippubblika fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ l-20 ta’ Jannar l-intenzjoni tal-Gvern li jaghti l-Licenzja lil Maltco. Din in-notifika stiednet lil dawk interessati biex iressqu oggezzjonijiet ghall-hrug ta’ din il-licenzja. Dawn ir-rapprezentazzjonijiet kellhom ikunu pprezentati fi zmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika. Ma waslu l-ebda oggezzjonijiet.
Illum, il-Ministru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomici, l-Onor. John Dalli u c-Chairman ta’ l-Awtorita’ dwar il-Lotteriji u l-Loghob iffirmaw l-ghoti tal-Licenzja tal-Lotterija Nazzjonali flimkien mal-Kap Ezekuttiv tal-Maltco Lotteries Limited. Il-Maltco hija mistennija li taghti bidu ghall-operazzjonijiet taghha fi zmien sitt xhur mid-data ta’ l-iffirmar.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en