Left arrow Go Back

GĦAWDEX SE JKOLLU PJAN GĦALL-IŻVILUPP EKONOMIKU U SOĊJALI

PR1858
Date Icon 02/12/2004

Il-Ministeru għal Għawdex qiegħed ifassal pjan għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali li jgħin fit-tisħiħ ta’ l-iżvilupp tal-gżira ghat-terminu 2005-2010. Dan tħabbar dalgħodu mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, waqt laqgħa li kellha ma’ korpi fl-oqsma ekonomiċi u soċjali t’Għawdex.  

Il-Ministru spjegat li fid-dawl tal-pjan ta’ żvilupp ekonomiku u soċjali ta’ Malta bħala pajjiż għal dawn il-ħames snin li ġejjin, il-Ministeru għal Għawdex ikkummissjona t-twettieq ta’ Pjan ta’ Żvilupp Ekonomiku u Soċjali għall-Gżira t’Għawdex għall-istess perijodu. Il-Ministru għal Għawdex ippreżentat kopja tal-pjan għad-diskussjoni lir-rappreżentanti tal-Kamra tan-Negozju għal Għawdex, ta’ l-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu għal Għawdex, tal-Kunsill ta’ l-Artiġġjanat fi ħdan il-Kamra tan-Negozju għal Għawdex, u ta’ l-Assoċjazzjoni għall-Għaqdiet Mhux Governattivi Għawdxin.  

Il-pjan li qiegħed jitfassal se jagħti l-aħjar valur possibbli lir-riżorsi tal-gżira biex ikun jista’ jsir l-aħjar użu possibbli tagħhom għall-ġid ta’ Għawdex u l-Għawdxin. Il-pjan jinkludi objettivi strateġiċi fosthom l-indirizzar ta’ problemi ta’ periferalità u insularità doppja, it-tisħiħ ta’ l-ekonomija tal-gżira kif ukoll it-tnaqqis fil-fraġilità soċjali tal-kommunità Għawdxija. Il-pjan qed jara kif, b’kunċetti ġodda u b’miżuri konkreti, jilħaq dawn it-tliet prijoritajiet strateġiċi.  

Dan kollu għandu jsir f’qafas ta’ pjan integrat fejn l-iżvilupp tal-gżira jkun ibbażat fuq effiċjenza ekonomika, fuq id-distintività tal-gżira kif ukoll fuq l-edukazzjoni u l-ambjent, konformi mal-politika nazzjonali li se jimxi fuqha l-Gvern.  

DOI - 02.12.2004

5.05 Kbytes Last Modified on 02nd December, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow