Left arrow Go Back

GĦELUQ TAT-TRIQ TUL IX-XATT TA’ PINTO FL-INTERESS TAS-SIGURTA’ PUBBLIKA

PR1834
Date Icon 26/11/2004

L-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta tixtieq tavża li minħabba sitwazzjoni perikoluża ikkawżata mis-swar u l-istrutturi ta’ taħthom tul ix-Xatt ta’ Pinto, it-triq li tgħaddi minn taħt dawn is-swar bejn id-dħul għax-Xatt ta’ Pinto min-naħa tas-Sea Passenger Terminal u d-dħul għax-Xatt ta’ Pinto min-naħa tal-Power Station l-Antika qed tingħalaq għat-traffiku b’effett immedjat.  

Fid-dawl ta’ dan, il-pubbliku huwa mgħarraf li l-miżuri ta’ kontinġenza għat-treġija tat-traffiku li ġejjin qed jiġu mplimentati:  

·     It-traffiku mill-Belt min-naħa tax-Xatt ta’ Lascaris ser jibda jgħaddi mit-telgħa tal-Kurċifiss;

·     It-traffiku min-naħa tal-Menqa tal-Marsa ser jgħaddi minn Belt il-Ħażna jew Triq Diċembru 13/Triq Nazzjonali;

·     L-aċċess mill-Menqa tal-Marsa lejn ix-Xatt ta’ Pinto ser ikun miftuħ biss għal persuni jew sewwieqa li jagħtu xi servizz fis-Sea Passenger Terminal.  

Barra minn hekk, il-pubbliku li jkun dieħel il-Belt, qed jiġi mħeġġeġ biex juża t-trasport pubbliku sakemm dawn il-miżuri jibqgħu fis-seħħ.  

Is-sewwieqa huma mħeġġa jsuqu bi prudenza l-ħin kollu.

DOI - 26.11.2004

5.71 Kbytes Last Modified on 26th November, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow