Left arrow Go Back

EDUKAZZJONI BIKRIJA GĦAT-TFAL

PR1832
Date Icon 26/11/2004

Kif ħabbar il-Prim Ministru fid-diskors tal-budget, il-Gvern se jieħu miżuri biex isaħħaħ s-servizzi fil-qasam ta' l-edukazzjoni bikrija u kura tat-tfal.  Għal dan l-iskop, il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni ħatar grupp ta' ħidma biex sa Marzu tas-sena d-dieħla jfassal rakkomandazzjonijiet li jsaħħu l-iżvilupp edukattiv tat-tfal mit-twelid tagħhom sa’ l-eta’ ta'  tmien snin.  

Il-Grupp presedut minn Dr. Valerie Sollars, Senior Lecturer fl-Universita’ ta’ Malta , mistenni jippreżenta r-rapport tiegħu sa Marzu 2005.  Dan ir-rapport għandu jservi bħala bażi għad-diskussjoni u d-djalogu ma’ dawk kollha interessati.  Il-grupp ta’ ħidma se jkun jinkludi wkoll lil Monica Attard - Education Officer, Brian Craus - Kap ta’ Skola Primarja, u  Chiara Borg mill-Ministeru tal-Familja u Solidarjeta’ Soċjali. 

Il-Ministru Louis Galea qal li wara li aktar kmieni din is-sena (Lulju 2004) il-Ministeru tal-Familja u s-Solidarjeta’ Soċjali u l-Ministeru tiegħu ippublikaw dokument għad-diskussjoni li kien jitratta l-istandards fic-Ċentri tal-Kura tat-Tfal (Child Centres), issa rridu nagħtu ħarsa kritika u analitika lejn l-ewwel snin ta’ l-esperjenza edukattiva.  Hu tenna li ż-żmien mit-twelid sa l-eta` ta’ tmien snin jiddeterminaw il-futur edukattiv tal-bniedem. Dan hu żmien kruċjali għaliex il-firxa u l-kwalita’ ta’ l-attivitajiet li jesperjenzaw it-tfal f’din l-eta’ għandhom impatt qawwi fuq dak li jiksbu tul l-edukazzjoni obbligatorja u jeffettwaw l-opportunitajiet u l-kwalita’ tal-ħajja li wieħed ikollu tul il-bqija ta’ ħajjtu. “Huwa f’din l-eta` meta nistgħu naħdmu l-aktar biex ikollna suċċess fil-qirda ta’ l-iżvantaġġi li jistgħu jsofru minnhom it-tfal,” qal Louis Galea.

Filwaqt li wieħed għandu jirrikonoxxi l-iżvilupp li seħħ f’dan is-settur, hu importanti li nevalwaw is-sitwazzjoni preżenti, naraw x’hemm bżonn isir biex il-kwalita’ tas-servizzi li noffru tkompli titjieb u ssir aktar effettiva.  Jekk nieħdu s-settur tal-kindergarten, pajjiżna jinsab minn ta’ quddiem nett meta mqabbel mal-pajjiżi Ewropej.  Bħalissa madwar 98% tat-tfal Maltin fl-eta’ ta’ bejn tlett snin u ħames snin qed jattendu l-kindergarten f’Malta u Għawdex.  Il-Ministru iżda sostna li għalkemm in-numri huma nkoraġġanti, rridu naraw il-kwalita’ tal-programmi u niffukaw fuq it-transizzjoni bejn iċ-Childcare u l-Kindergarten u l-kindergarten u l-edukazzjoni primarja.

Il-Ministru emfasizza li l-edukazzjoni bikrija tibni sisien sodi għall-edukazzjoni u l-iżvilupp tat-tfal.  “Fl-aħħar mill-aħħar, li jkollna standards għoljin u kwalita’ għolja fil-programmi li noffru, hu investiment għaqli fil-poplu u f’pajjiżna”.

Louis Galea spjega kif bħalissa l-Ministeru tiegħu għaddej b’numru ta’ riformi f’oqsma differenti fosthom is-settur ta’ l-edukazzjoni ogħla, is-sistema tal-MATSEC, l-edukazzjoni obbligatorja u oħrajn.  “Biex inkunu nistgħu norbtu ma’ l-iżviluppi li qed iseħħu f’oqsma oħrajn, hu meħtieġ li jkollna politika u struttura ċara li jindirizzaw is-snin bikrin biex joħolqu sisien sodi għall-esperjenza edukattiva li ssegwi.  Il-politika dwar l-edukazzjoni bikrija trid tkun ibbażata fuq konsultazzjoni wiesgħa li tirrifletti l-bżonnijiet edukattivi, kulturali u soċjali f’pajjiżna. Il-mira tal-Gvern hi li jiżviluppa s-sistema edukattiva fuq il-kunċett tat-tagħlim tul il-ħajja – Life Long Learning.”

Il-Ministru Galea temm jgħid li fl-aħħar mill-aħħar l-edukazzjoni bikrija l-ewwel u qabel kollox ser tiddependi mill-ġenituri u mill-ambjent tad-dar.  Fit-tieni lok, l-esperjenza pożittiva li t-tfal jiksbu waqt li jkunu fl-edukazzjoni bikrija tagħhom tiddependi ħafna wkoll fuq kemm dawk li jkunu qed jieħdu ħsieb it-tfal se jkunu kreattivi, kemm se jkunu kapaċi jiżviluppaw u jużaw ir-riżorsi tagħhom, u kemm se jieħdu interess fit-tfal li jiġu fdati lilhom.  Il-kwalita’ ta’ l-esperjenzi tat-tfal huma rifless tal-kwalita’ tat-taħriġ, l-inizjattiva u l-impenn personali ta’ dawk li jieħdu ħsieb it-tfal.

DOI – 26.11.2004

14.1 Kbytes Last Modified on 26th November, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow