WIRJA B’DIFFERENZA F’SANTA VENERA
Fi Ġnien Romeo Romano, f’Santa Venera, qed tkun organizzata sessjoni ta’ tpinġija u wirja ta’ pittura. Din l-attivita’ qed tittella’ mill-Kunsill Lokali Santa Venera flimkien ma’ l-International Art & Artists.
Artisti membri ta’ l-International Art & Artists qed ipinġu xeni mill-Ġnien Romeo Romano filwaqt li jesebixxu xogħlijiet tagħhom. Ma’ dawn l-artisti ngħaqdu tfal u kbar dilettanti tat-tpinġija.
Il-Ministru tat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech żar il-wirja u tkellem ma’ l-artisti u d-dilettanti. Hu rringrazzja lill-Kunsill Lokali Santa Venera li kienu qed jorganizzaw din il-wirja għall-ewwel darba. “Wirjiet bħal dawn, u l-involviment ta’ dilettanti ta’ l-arti fihom, ikomplu jressqu l-arti qrib il-poplu li qed isir aktar konxju mill-wirt artistiku kbir li għandna u mit-talenti li nipposjedu,” stqarr il-Ministru Francis Zammit Dimech.
Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Kultura qal li l-Kunsilli Lokali kellhom sehem importanti x’jagħtu biex inkomplu nressqu l-kultura qrib il-poplu u attivita’ bħal dik li kienet qed tkun organizzata mil-Kunsill Lokali Santa Venera, kienet attivita’ fid-direzzjoni t-tajba. “Il-Maltin fl-Unjoni Ewropea jridu jkomplu joħorġu l-identita’ tagħhom, li tiddistingwihom minn kull poplu ieħor, u l-arti tagħmel parti importanti minn din l-identità”, żied il-Ministru Francis Zammit Dimech li feraħ lil kull min ta sehmu biex din is-sessjoni ta’ tpinġija u wirja ta’ pittura tkun suċċess.
DOI - 21.11.2004
4.49 Kbytes Last Modified on 22nd November, 2004
HOME | GOV.MT
HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946