IL-BDIEWA JIRCIEVU C-CEKKIJIET TAS-SUSSIDJI FUQ IT-TADAM
Minn din il-gimgha l-bdiewa li jkabbru t-tadam bdew jircievu c-cekkijiet bil-valur tas-sussidji ta’ 7 centezmi fuq kull kilo.
Dawn is-sussidji qed jinghataw skond pjan miftiehem ma’ l-ghaqdiet tal-bdiewa u l-processuri, u kkonfermat fit-Trattat tas-Shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. L-ghan ta’ dan il-pjan hu li tizdied il-produzzjoni tat-tadam ghall-ipprocessar u b’hekk tizdied l-efficjenza tal-processuri. Dan ghandu jghin mhux ftit biex il-prodott ipprocessat ikun kompetittiv ma’ dawk impurtati.
Il-Ministeru ghall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent qed izomm ma’ dan il-pjan u c-cekkijiet li nhargu din il-gimgha huma prova ohra ta’ dan. Il-Ministeru jixtieq ifakkar ukoll li m’hemmx tnaqqis fis-sussidju ghax kif kien imwieghed qabel l-elezzjoni generali, dan ma kienx ser ikun taxxabbli.
Il-prezz ta’ din is-sena ser jerga’ jkun ta’ 9 centezmi kull kilo. Dan qed jinghad ghax jidher li f’pajjizna hawn minn ghazel li johloq incertezza bla bzonn. Dan il-prezz kien thabbar ukoll ghal diversi drabi qabel ir-referendum.
Bhal kull settur iehor fl-agrikoltura, is-settur tat-tadam ghall-ipprocessar kuragg irid u mhux tfixkil u ncertezzi.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en