IL-190 ANNIVERSARJU MIT-TWAQQIF TAL-KARIGA TA’ AWDITUR ĠENERALI U TA’ L-EWWEL UFFIĊĊJU NAZZJONALI TA’ VERIFIKA
L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika fakkar il-190 anniversarju mit-twaqqif tal-kariga ta’ Awditur Ġenerali u t-twaqqif ta’ l-ewwel uffiċċju nazzjonali ta’ verifika. Għal din l-okkażjoni l-President ta’ Malta żar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifka, Floriana, nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Novembru, 2004.
Għal dan l-avveniment attendew ukoll l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, l-Onor Anton Tabone, iċ-Chairman tal-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi tal-Kamra, l-Onor. Charles Mangion, u Membri Parlamentari tal-Kumitat tal-Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika u tal-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi, Segretarji Permanenti, mistiedna distinti oħra, flimkien ma’ l-Assistenti Awdituri Ġenerali, is-Sur Carmel Tonna u s-Sur Paul Borg, u impjegati oħra ta’ l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.
L-Awditur Ġenerali, is-Sur Joseph G. Galea, ta fil-qosor l-isfond storiku tat-twaqqif tal-kariga ta’ Awditur Ġenerali u ta’ l-ewwel Uffiċċju Nazzjonali ta’ Verifika fl-1814, u tkellem fuq il-bidliet li seħħew fl-Uffiċċju, speċjalment f’dawn l-aħħar ftit snin wara l-bidliet leġislattivi, inklużi dawk kostituzzjonali li seħħew fl-1997.
Il-President tar-Repubblika, l-E.T. Dr. Edward Fenech Adami, li kellu kliem ta’ inkoraġġiment għax-xogħol siewi li sar u qiegħed isir minn dan l-Uffiċċju, inawgura mafkar ta’ dan l-Anniversarju.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946