Left arrow Go Back

FTS: L-ALLEGAZZJONIJIET TA’ L-OPPOŻIZZJONI BLA BAŻI – M’HEMMX KSUR TAL-LIĠI KRIMINALI

PR1785
Date Icon 18/11/2004

Il-Ministru tal-Ġustizzja u Intern, l-Onor.  Dr. Tonio Borg għadda kopja tar-Rapporti tal-Maġistrat Dr. Consuelo Scerri Herrera kif ukoll ta’ Avukat Ġenerali Dr. Silvio Camilleri, dwar l-inkjesta fir-rigward tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada lill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, l-Onor. Dr. Louis Galea.  L-Inkjesta kienet intalbet mill-Oppożizzjoni Laburista.  

Il-Ministru Galea b’sodisfazzjoni innota li l-allegazzjoni ta’ l-Oppożizzjoni ta’ “abbużi serji, jekk mhux addirittura korruzzjoni”, bi ksur tal-liġi kriminali, irriżultat bla ebda bażi fil-konfront tiegħu, tal-Ministeru, u taċ-Chairman u l-Bord tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada (FTS).  

Kif kien diġa’ ħabbar  il-Ministru Galea fil-Parlament u barra,  il-Maġistrat sabet illi kien hemm nuqqas ta’ osservanza tar-regolamenti amministrattivi finanzjarji  fl-għoti ta’ numru ta’ ordnijiet mill-FTS.  Dan in-nuqqas ma kienx mistur, u dwaru l-Gvern u l-FTS kienu qed jieħdu l-passi kollha neċessarji.  

Irriżulta biss il-każ ta’ uffiċjal pubbliku tad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni li talab u tħallas ‘overtime’ għall-istess sigħat darbtejn.  L-ammont kien ta’ Lm 811.23.  L-FTS kienet irrapportat il-każ hekk kif saret taf, u s-Segretarju Permanenti ta’ l-Ministeru ta’l-Edukazzjoni ħa l-passi meħtieġa u ġabar il-flus lura f’Novembru 2003. 

Fi ftit kliem, mir-rapport tal-Maġistrat jirriżulta li:

      1.      Ma sabet ksur ta’ ebda wieħed mill-artikoli tal-Kodiċi Kriminali li l-Oppożizzjoni   

         Laburista’ semmiet;  

2.      Il-Fondazzjoni għamlet sew meta ħadet il-passi li ħadet minħabba li kien hemm ksur 

         tar-regolamenti finanzjarji;

3.      Ma rriżultax li kien hemm tixħim jew irregolaritajiet jew reati simili;

4.      In-nuqqasijiet, saru minħabba ħeġġa biex isir ix-xogħol fl-iskejjel ħalli dawn ikunu lesti 

         għall-ftuħ ta’ l-iskola; u 

5.      Wieħed forsi għandu jara wasalx iż-żmien li r-regolamenti finanzjarji, u/jew l-istrutturi 

         involuti, isiru aktar effiċjenti biex ma jkunux ta’ xkiel għal min għandu ħeġġa biex 

         jagħmel xogħlu, u biex jinsab bilanċ xieraq bejn effiċjenza, nuqqas ta’ dewmien, u 

         kontroll xieraq, bilanċ li llum jidher li diffiċli biex jinkiseb.  

Dan kollu joħrog ċar minn investigazzjonijiet li ħadu aktar minn sena kif deskritt fir-rapport ta’ l-inkjesta maġisterjali u dak ta’ l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika.  

Ma’ din l-Istqarrija l-Ministeru qed jippubblika wkoll kummenti oħra tal-Ministru Galea għar-Rapport tal-Maġistrat dwar din l-Inkjesta (ara appendiċi mehmuż).

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow