Left arrow Go Back

ID-DIVIŻJONI TAS-SAĦĦA TIĊĦAD LI L-FINANZI JIEĦDU PRIORITÀ FUQ IS-SAĦĦA

PR1783
Date Icon 17/11/2004

Id-Diviżjoni tas-Saħħa tirreferi għall-istqarrija  maħruġ mill-MUMN dwar l-impjieg ta’ infermiera.  

Hija totalment skorretta l-allegazzjoni ta’ l-MUMN li għall-gvern il-finanzi jieħdu prijorità fuq is-saħħa.  Ta’ dan il-Gvern prezenti ta prova bil-fatti kemm-il darba.  L-anqas hu minnu li teżisti xi sitwazzjoni prekarja minħabba nuqqas ta’ nfermiera.  Qatt daqs illum ma kien hemm numru daqshekk kbir ta’ infermiera mpjegati mad-Diviżjoni.  

Wara l-laqgħa bejn il-Gvern u l-MUMN fis-6 ta’ Settembru li qed tirreferi għaliha l-MUMN kien sar qbil, wara eżerċizzju li kien għadu kif twettaq, li kellhom jiġu mpjegati 73 infermier li l-bżonn tagħhom kien ikkunsidrat u maqbul li jingħata preċedenza, kif fil-fatt sar. Dan kollu kien spjegat fl-istqarrija għall-istampa mid-Diviżjoni tas-Saħħa datata 7 ta’ Settembru 2004. Minn dawn l-infermiera li ġew impjegati kien hemm xi wħud li telqu biex ikomplu l-istudji tagħhom.  Ser jiġu mpjegati oħrajn flokhom biex in-numru ta’ nfermiera mpjegati jibqa’ dak miftiehem.  Għalissa dawn l-infermiera qed jiġu mpjegati fuq bażi każwali sakemm tiġi proċessata s-sejħa għall-impjieg permanenti kif kien imwiegħed.  

Mhux kontemplat li għal din is-sena jiġu mpjegati aktar infermiera.  Is-sena d-dieħla ser jiġu mpjegati infermiera oħra biex jagħmlu tajjeb għal dawk li ser jispiċċaw matul is-sena 2005.

Id-Diviżjoni qegħda wkoll tehmez  l-istqarrija li kienet ħarġet fis-7 ta’ Settembru 2004.    

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow