IR-RATI TA’ KONTRIBUZZJONI TAR-RESIDENTI FID-DJAR TA’ L-ANZJANI
B’referenza għall-istqarrija tad-Deputat Laburista, l-Onor. Karl Chircop, kif rappurtat minn diversi ġurnali, jeħtieg jiġi ċċarat li:
Ir-rati ta’ kontribuzzjoni tar-residenti fid-Djar ta’ l-Anzjani jvarjaw skond il-livell ta’ kura li dawn jingħataw, b’60% għall-ewwel livell u 80% għat-tieni livell.
Minħabba l-fatt li l-anzjani residenti kollha f’San Vinċenz De Paul jingħataw kura tat-tieni livell, ir-rata ta’ kontribuzzjoni tagħhom, li tkun ġejja minn pensjonijiet, assistenza soċjali jew bonus, hija ta’ 80% u mhux 60%; bħalma hi fir-residenzi fejn il-kura hija ta’ l-ewwel livell.
Il-kura tat-tieni livell hija aktar intensiva, jiġifieri minbarra li r-residenti jirċievu servizzi mediċi, jirċievu wkoll servizzi ta’ fiżjoterapija, podoloġija, dentistrija, occupational therapy u speech therapy, ikel, ħruġ, ecc.
Huwa kkalkolat li sodda fir-residenza San Vincenz De Paul tiġi tqum Lm20 kuljum, jew madwar Lm600 fix-xahar. F’dan il-kalkolu m’hux qed ikunu meqjusa l-mediċini li r-residenti jirċievu.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946