IL-MINISTERU TA’ L-EDUKAZZJONI JIKKORREĠI RAPPORT ŻBALJAT IMXANDAR MINN ONE NEWS
Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni wara li sema r-rapport ta’ l-aħbarijiet ta’ Super One TV fuq il-pubblikazzjoni tar-rapport dwar il-finanzjament ta’ l-Edukazzjoni Ogħla, jixtieq jikkoreġi l-impressjoni żbaljata li qed tingħata.
Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni għamilha ċara u bil-miktub fl-istqarrija uffiċjali tal-Ministeru stess, li l-“Gvern m’hu marbut ma` ebda rakkomandazzjoni partikolari biex iħalli l-aktar diskussjoni wiesgħa possibbli”. (pr1772)
L-aġenzija ta’ l-aħbarijiet ta’ Super One qiegħdha tagħti l-impressjoni żbaljata bħallikieku d-deċiżjonijiet diġà ttieħdu, meta dan mhux minnu. Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni jistenna li One News ikun aktar matur u responsabbli fir-rapportaġġ tiegħu.
DOI – 15.11.2004
4.3 Kbytes Last Modified on 15th November, 2004
HOME | GOV.MT
HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946