Left arrow Go Back

KONFERENZA NAZZJONALI DWAR L-IMMIGRAZZJONI ILLEGALI: IL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN IWIEĠEB GĦALL-INTERVENT TAL-KELLIEM TA’ L-OPPOŻIZZJONI FIL-PARLAMENT

PR1750
Date Icon 11/11/2004

Konferenza Nazzjonali dwar il-problema ta’ l-immigrazzjoni illegali m’għandiex tissejjaħ biex jitfasslu policies iżda biex tiddiskuti l-policies eżistenti tal-Gvern u ta’ l-Oppożizzjoni biex fejn ikun hemm qbil jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet mill-ewwel u fejn m’hemmx issir diskussjoni biex iż-żewg partijiet joħorġu b’policies komuni.  

Il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern jisħaq li l-Gvern qatt ma rrifjuta li ssir Konferenza Nazzjonali dwar l-immigrazzjoni illegali kif mitlub mill-Oppożizzjoni, kif allega l-bieraħ fil-Parlament il-Kelliem Ewlieni għall-Intern l-Onor. Gavin Gulia, u ma jistax jifhem il-pożizzjoni ta’ l-Oppożizzjoni li ma tridx tagħmel pubblika il-pożizzjoni tagħha, jekk pożizzjoni għandha, fir-rigward ta’ dan il-fenomenu li qed jolqot lill-pajjiżna.  

Bħalissa il-Gvern qed jaħdem fuq dokument li ser jgħid b’mod ċar x’inhuma u x’ser ikunu l-policies tal-Gvern dwar l-immigrazzjoni illegali. Kif ikun lest, il-Gvern ser jippubblika l-policies tiegħu biex imbagħad dawn jiġu diskussi f’Konferenza Nazzjonali fejn jipparteċipa kull min hu involut ma’ din il-problema. U l-Gvern jistenna li anki l-Oppożizzjoni, jekk ma tridx li tidher li qed tagħti biss lip service, taħdem biex tippubblika l-policies tagħha biex il-Konferenza Nazzjonali li talbet tilħaq l-għan tagħha u ma tkunx ħela ta’ ħin.   

DOI  11.11.2004

7.95 Kbytes Last Modified on 11th November, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow