Left arrow Go Back

IŻ-ŻIEDA FIN-NUMRU TAS-SELF EMPLOYED TWASSAL BIEX F’SETTEMBRU 2004 JIĠI RREĠISTRAT L-OGĦLA NUMRU TAS-SELF EMPLOYED F’DAWN L-AĦĦAR ĦAMES SNIN – IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO

PR1740
Date Icon 09/11/2004

“Iltqajna biex inkunu nistgħu nevalwaw f’hiex waslet il-ħidma fl-implimentazzjoni taċ-Ċarter Ewropew għan-Negozji Żgħar.”  B’dawn il-kliem is-Segretarju Parlamentari għan-negozji żgħar u s-self employed, Edwin Vassallo, laqqa’ lill-uffiċjali li jirrappreżentaw entitajiet li flimkien qed jimplimenataw dan iċ-Ċarter.  F’din il-laqgħa, dawn l-uffiċjali kellhom l-opportunita’ li flimkien jaqsmu l-esperjenzi tagħhom dwar dan l-eżerċizzju biex ikun żgurat li sa l-aħħar ta’ Ġunju tas-sena li ġejja (2005) ikollna l-aktar implimentazzjoni effettiva ta’ l-objettivi kif jidhru fil-pjan ta’ ħidma li ġie ippubblikat għal din is-sena.  

Biex l-uffiċjali preżenti jifhmu aktar il-ħtieġa tal-ħidma tagħhom, f’din il-laqgħa kienu diskussi wkoll l-enterprise policy indicators li jindikaw kif pajjiżna jista’ jiġi mkejjel ma’ pajjiżi oħra Ewropej.  F’din il-laqgħa dawn l-uffiċjali setgħu jifhmu li meta huma qed jaħdmu biex jagħmlu l-aħjar implimentazzjoni ta’ dawn l-objettivi, huma jkunu qegħdin jgħinu biex pajjiżna jkollu abbilita’ kompetittiva (competitive edge) aħjar minn ta’ pajjiżi oħra Ewropej.  

Fil-laqgħa kienu diskussi l-istess objettivi li fih il-Pjan ta’ Ħidma kif ippubblikat.  Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo qal li “din il-ħidma għandha tgħin biex f’pajjiżna jkompli jiżdied in-numru ta’ dawk il-persuni li jsibu l-opportunita’ ta’ l-impjieg tagħhom fis-settur kummerċjali, fejn huma stess jinvestu f’attivita’ kummerċjali jew industrjali jew fil-qasam tas-servizzi finanzjarji jew soċjali.  F’pajjiżna n-numru ta’ self-employed żdied minn 15,645 f’Settembru tas-sena 2003 għal 15,907 f’Settembru ta’ din is-sena.  In-numru ta’ persuni mpjegati fis-settur tal-wholesale u r-retail żdied minn 15,993 għal 16,430 fuq l-istess perijodu.  In-numru ta’ dawk li qegħdin jaħdmu fil-qasam kummerċjali qiegħed wkoll ikompli jiżdied.  F’dan il-kuntest issa l-ħidma tagħna għandha tkompli tiffoka biex naraw li jkollna negozji vijabbli li lkoll flimkien kapaċi jgħinu biex l-ekonomija ta’ pajjiżna tkun aktar sostenibbli.  

DOI  09.11.2004

5.75 Kbytes Last Modified on 09th November, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow